Malta Fishing Forum

Shore Fishing => General Questions => Spinning => Topic started by: boneshaker on October 26, 2008, 17:49:45 CET

Title: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 26, 2008, 17:49:45 CET
peresss li jiena adni fil bidu ta l ispinning xtaqt kiku nsaqsi mistoqsija li naf li h naqa banali imma xorta emm lok li nitallem xi haga.tista tamel 2 lures fuq qasba wahda waqt li tkun qed tispinnja?jew inkella jisrlek kollox ghoqda?xtaqt insaqsi ax lil hadd qatt ma smajt qabel
Title: Re: mistoqsija
Post by: Gazzetta on October 26, 2008, 17:52:59 CET
Insija, l ewwel nett mhux ha ssib lure li timxi l stess bhal lure ohra u nimmagina li inti trid tamel 2 biex tvarja le ?
It tieni meta titfa gieli anka b lure wahda x xlied jehilek ma xi kulpara ahseb u ara bi 2.
It tielet jekk kollox imur sew u issib l hut u jirnexxielek taqbad 2 f daqqa, ikun miraklu jekk ittelahom it 2 !!

Isma minni boss u uza lure 1.

Chris  8)
Title: Re: mistoqsija
Post by: intermilan on October 26, 2008, 19:04:06 CET
Only one lure my friend, and as well, you have to make the lure look as natural as possible, how are you going to do it with 2?

Rixa wahda habib, u ahjar, trid tipprezenta ir rixa kemm jista jkun naturali. kif tista taghmel hekk bi tnejn? (shanook)
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 26, 2008, 19:22:03 CET
Not bad asking but as my friends said it's impossible to work them out both since you need to make the lure swim like a live fish.
Xejn hazin li tistaqsi imma kif qal siehbi impossibbli bi tahdem bi tnejn ghax trid tmexxija qiesa huta (shanook)
Title: Re: mistoqsija
Post by: Perla 165 on October 27, 2008, 20:06:48 CET
ma nafx.... jien qat ma mort mil lart bil qasba (spinnig)... izda ma tantx nara li ha jkun em xi movumenti , tipo tajbin iktar min lure wahda.... lizjed m8 improva ux u boneshaker ma fiha xjn hazin li tistaqsi :) cheers
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 28, 2008, 09:00:34 CET
pls tistaw ittuni naqa idea kif ha narma al ispinning..x qasba rrid?itfaw xi mudelli,reel andi wihed 5 bb grauvell jogobni,bix ha narmah xlif?tuni xi ditta tajba u kif irrrid narma is setup..lures kull ma andi xi 4 andi 2 red heads il bqijad 2 ikangu.tistaw ittuni xi mudelli ta lures u xi daqsijiet anke xi toqol
Title: Re: mistoqsija
Post by: Gazzetta on October 28, 2008, 09:04:54 CET
Mhux tmur s ghand Spitec jew u jarmak min fuq s isfel :P

Chris  8)
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 28, 2008, 10:13:44 CET
imma l ewwel irrid naqa pariri
Title: Re: mistoqsija
Post by: Gazzetta on October 28, 2008, 10:19:40 CET
Qasba l ewwel li trid tara l casting weight taha li tkun tafa meta tara l lures li inti ta titfa bija hux.
Importanti li tkun spinning rod mhux xi rod normali ax l action taha tkun differenti.

Spool nahseb l ahjar braid u tamel bicca fluoro fl ahhar.

Chris  8)
Title: Re: mistoqsija
Post by: maltembu on October 28, 2008, 11:10:45 CET
http://maltaspinning.proboards62.com/index.cgi?board=introseawater&action=display&thread=13 (http://maltaspinning.proboards62.com/index.cgi?board=introseawater&action=display&thread=13)


Din il link ghanda ittik idea bazika..
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 28, 2008, 12:10:43 CET
braid line  emm xi ditta tajba?nista nuzah ukoll al sajd tal qiegh ukoll inbad? x hxuna l ahjar nixtri?
Title: Re: mistoqsija
Post by: Gazzetta on October 28, 2008, 12:14:38 CET
Spectra Power Pro imma giba minna barra, ebay l ahjar ax tifranka sew.

Hxuna jekk al lizzijiet u hekk 30 bizzejjed ta, 0.32 l ghandi jin tiflah 24 kgs sooo hehe

Chris  8)
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 28, 2008, 12:58:33 CET
minn malta kemm qijad ml?
Title: Re: mistoqsija
Post by: Gazzetta on October 28, 2008, 13:22:06 CET
Bl amment ma nafx pero meta kont iccekjajt kont rajt bic car li hafna irhas minn barra.

Iccekja naqa Misterfish u Fishingworld (Naxxar) u tkun taf e.

Chris  8)
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 28, 2008, 16:47:59 CET
Mela spinning rod trid tara x'action trida perezempju 3-15grams,5-20,10-30,20-50,50-150,100-200.Dawk xi qisien li ghandi jien imbad bhala braided dik ghazla personali ,jien nipreferi harira tajba pero bhala braided tista timla extra spool.Trid tara fejn ikollok hsieb tibda tmur tistad u ghal xiex l-aktar li ser tibda tmur.
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 28, 2008, 19:28:16 CET
lim hija l iktar action li juzaw in nies ?
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 28, 2008, 19:41:17 CET
L-aktar komuni hija it-10-30 grams
Title: Re: mistoqsija
Post by: shanook on October 28, 2008, 21:15:45 CET
boneshaker ahna qedin nitalmu mieghek ukoll ta. Pero jien intik parir li biex titallem ghaktar mhur sa ghand spitec u toqodu titkellmu u flistess hin tmiss b'idejk.  :)
Is sajd trid tibda minn x' imkien imbad tibda tinduna xhinu tajjeb ghalik.
Title: Re: mistoqsija
Post by: Freeman on October 29, 2008, 08:06:44 CET
Boneshaker min fejn qed tippjana li tmur spinning ? portijiet jew bahar miftuh ?
Jekk liktar li sejjer portijiet prova sib qasba ta xi 25g ghax liktar li ha tuza huma lures ta 9cm li jkunu jiznu liktar 13g u ma tkunx trida hoxna hafna ghax ma twassalx. Reel zghir, ghadni kemm hadt wiehed mghand spitek 10bb cheap as chips, zanzantu il bierah u tellajt denci ta ftit inqas min kilo bla problemi ta xejn u dak itik glieda tajba mhux bhall lizz, xlief parir tijghi imma mhux kulhadd jahsiba bhali, ghamel braid ta xi .16 - .18 u orbot dirett miju mhemmx ghalfejn tghamel leaders u nejk iehor. Jien immur nispinnja ta spiss ma tnejn min nies ohra wiehed ikun armat daqxejn ohxon u iehor jarma .18 mono, listess ammonti naqbdu id differenza li dak li jarma .18 meta jaqbad lizz qisu qed itella tonn ghax jghamel xi nofs sija jikkumidja biex itellaw.

Fkelma ohra kolla gosti habib meta jkun hemm il hut u jkun fil burdata kulhadd jaqbad.
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 29, 2008, 09:44:51 CET
jin ha nibda inmur nistad f bahar miftuh...ix xajra ax inkunu emm bis senter bhal dan iz zmien u nejd ha noqod nitfa naqa tefat u ekk...leader x inhuma comb?mono xi jfisser?braided xi jfisser?x differenza emm bejn mono u braided?
Title: Re: mistoqsija
Post by: Freeman on October 29, 2008, 11:01:20 CET
Fl-Ispinning comb ma jezistix.
Leader jew ahjar shock leader : Bicca xlief ta 2 jew aktar metri li torbtu mal harir li jkollok fir reel, dan ikun ehxen min tar reel, ir raguni hija biex din il bicca xlief tassorbi lewwel gibda flok ix xlief tar reel.
Mono : Ix xlief li nghafu ahna (il komuni biex nifthemu)
Braid : xlief mghamul min ma nafx xiex, biss mhux tan nylon, bsahtu hafna u difficli biex taqtaw.

Differenza bejn mono u braid : Braid ma jkunx jistrecja bhal mono allura daqqa thossa iktar, fejn xlief mono tal .20 jkun jiflah 4kg braid tal .20 ikun jiflah 16kg. allura jkollok vantagg li tista tarma birqaq jekk tmur ghal braid. Irqaq ma jkun ix xlief iktar ha twassal it tefa tijek.
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 29, 2008, 13:01:37 CET
nassumi li gholi hafna aktar huwx?jin kont ha narma bis swibel f l ahhar bicca halli ma noqodx norbot kull darba li nibdel lure u kont xtrajt shwivel bil bearing maha b sahhita mmens
Title: Re: mistoqsija
Post by: Granitu on October 29, 2008, 15:46:04 CET
don't kill every bird... leave 2 pairs  :P
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 29, 2008, 15:57:37 CET
Boneshaker gholi daqxejn aktar imma s-sahha tieghu enormi u swivel tista tarma basta jkun zghir hafna ghax inkella l-lure ma tghumx sew.
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 29, 2008, 19:19:08 CET
spitec x action jaqbilli nixtri jin la ha nkun go bahar miftuh u salvagg?
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 29, 2008, 19:23:32 CET
Jien l-ahjar ghalik nahseb li hija 10-30grams ghax hafna mil-lures ivarjaw bejn 9grams u 20 garms.
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 29, 2008, 19:51:51 CET
jin kont ha nithajjar al wahda 20-50 tahseb li ha tkun qawwija iz zejjed?
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 29, 2008, 20:33:14 CET
Tajba ukoll li ghandhek tnaqqas ftit mit-tul tat-tefa.
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 29, 2008, 20:43:48 CET
jin nixtiq nixtri minn ndek imma m andix min iwwassalni s emm ta u l post il bod ax jin minn zabbar
Title: Re: mistoqsija
Post by: SPITEC on October 29, 2008, 20:47:35 CET
Jien mhux qed najdlek biex tixri minn ghandi siehbi jien qed intik parir.Li nista najdlek li jekk trid tifranka lira u jkollok qasba ta vera ghal spinning ara titlax shawn jew ma xihadd jew forsi jkun jista jwaslek xihadd imma dak int tafu.
Title: Re: mistoqsija
Post by: EmicMalta on October 30, 2008, 07:16:32 CET
Jekk ma andekx min awaslek sinjal li il karozza tal Linja tuza. Aqbad tar Rabat u twafqek ezatt hedej Spitec. Worth it
Title: Re: mistoqsija
Post by: maltembu on October 30, 2008, 08:08:21 CET
@boneshaker veru worthed ghand spitec siehbi !! u jtik pariri ta habib..
Title: Re: mistoqsija
Post by: rammx on October 30, 2008, 08:17:31 CET
naqbel perfettament ma maltembu u emic... u bil flus li tiffranka min ghandu ixtrijom karozza jew skratacc !! ;)
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 30, 2008, 12:10:36 CET
hehe jin mux al flus ta.....imma bhalissa mohhni fil kacca nkun
Title: Re: mistoqsija
Post by: rammx on October 30, 2008, 12:15:38 CET
nifmek siehbi...issa c cans li tispara 2 tiri ;)
imma jkollok cans ghaddi s'ghandu ax prezzijiet bomba.. :)
Title: Re: mistoqsija
Post by: boneshaker on October 30, 2008, 12:39:54 CET
heq...sakemm ma jaqtawx kollox...awn xi hadd delittant tal kacca f dan il forum?
Title: Re: mistoqsija
Post by: ramio on October 30, 2008, 18:02:56 CET
L'ahwa, ghaw xi hadd jista jtini parir ghal jigging xtip ta qasba l-ahjar tintuza. Insiba naqra problema ghax nahseb li trida tkun ratba biex il-lure iccaqlaqa sew, pero trid tkun nagra bsahita biex tiehu kedda ta huta mdaqsa. Grazzi

Translation: Hey guys, can anyone please advise me what kind of rod is best used for jigging. I find it a bit hard to imagine a rod with a soft flexibility to produce a good lure movement, and still be strong enough to bring in a good sized fish. Thanks
Title: Re: mistoqsija
Post by: Kaptan Jr on October 30, 2008, 22:06:42 CET
ramio  saqsi naqa lil camkev dak jaf xjigifieri huta mdaqsa bil jigging!!!!!!!!
Title: Re: mistoqsija
Post by: camkev on November 02, 2008, 17:35:35 CET
ramio,mr fish ghandu qasab tajbijn al jigging u mhux gholjijn,jien meta mort jigging fuq qasba normali tat trolling qbadt.
Title: Re: mistoqsija
Post by: bigboy on November 02, 2008, 17:45:23 CET
imma int kev nejdlek jien ghandek il H***** mal patata :P
Title: Re: mistoqsija
Post by: ramio on November 02, 2008, 21:28:50 CET
Bigboy, jealosy gets you nowhere!!!
Title: Re: mistoqsija
Post by: bigboy on November 02, 2008, 22:05:59 CET
Ramio i am surely not jelous of kevin ;) at least i know from where the accola was caught :P Huduwa ma saqajkom
Title: Re: mistoqsija
Post by: camkev on November 03, 2008, 14:44:58 CET
I think he was only joking ramio,he is my fishing buddy........... :P ;)
Title: Re: mistoqsija
Post by: shanook on November 03, 2008, 16:46:34 CET
Bigboy for that matter even i and Ramio know where he got it from ............and for all those that are saying from Azzopardi of St pauls i say nooooo.......
Title: Re: mistoqsija
Post by: camkev on November 03, 2008, 16:51:50 CET
Shanook,why did you tell them that i sold you the gps ;) :D :) ;D
Title: Re: mistoqsija
Post by: EmicMalta on November 04, 2008, 06:58:19 CET
guys, when you want just send me a pm an I can advice some good places where normally I see dentex and ajs so you do some jigging. I would like to try but its too complicated I think

L'ahwa meta tridu ibatuli pm u intikhom ftit postijiet fejn normalment nara id dnieci u accol halli tippruvaw naqra jigging. Jien nixtieq nipprova imma nahseb li ikkomplikat wisq. (shanook)