Malta Fishing Forum

Main => General Discussion => Topic started by: trojsi is-sajjied on July 03, 2009, 12:33:20 CET

Title: Sargi
Post by: trojsi is-sajjied on July 03, 2009, 12:33:20 CET
Ilejla sejjer naqa bil-lej bil frejgatina. Kif l-ahjar narma ghas-sargi.. adni kemm xtrajt harira 0.18mm tiflah 4Kg x tahsbu?


10x

Brandon
Title: Re: Sargi
Post by: The_Gaffer on July 03, 2009, 16:20:31 CET
Trojsi:
Sajda li gibli hafna memorji sbieh tieghi w ta missieri.  Mindu kont zghir (illum ghandi 45), dejjem hrigt mieghu ghal din is sajda u tghallimt hafna minghandu.  Jien nissugerielek tarma l-friehi bit 18, jekk ikun flourocarbon ahjar.  Uza ferha ta bejn 10 pulzieri u pied, marbuta mal paternostre ta 26.  Snanar l-ahjar tal-qazba twila, jew size 6 jew 4.  Ftakar, sargu jigi u joqod ihares lejn il-lixka.  Jaf ittik daqqa wahda biss.  Kif tara hekk, aqbad il-moqdief u siejja wahda bil mod.  Bhekk, tiftah il friehi min mal harira, u ticcaqlaq naqa l-liska.  Stenna gibda ftit wara.  L-ahjar liska li konna nsibu kien ikun l-ixkall haj.  Illiskah min dembu u niffed is sunnara min bejn sidru, ipprova zommu haj, ha joqod jiccaqlaq fuq is-sunnara.  Jekk sejjer fil-port il-kbir, ipprova hdejn id-dwana l-antika, ix-xatt tal belt, faccata tal ponta tal-isla.  Hemm kien ikun tajjeb.  Goodluck, u ghidilna kif mort.