Malta Fishing Forum

Main => Equipment, Techniques and Tips => Topic started by: Charles837 on May 22, 2012, 20:53:05 CET

Title: Kahli?
Post by: Charles837 on May 22, 2012, 20:53:05 CET
kif ha narma al kahli minn fuq id dajsa.. bir rixa? pls

tks
Title: Re: Kahli?
Post by: ganni on May 23, 2012, 14:37:55 CET
bil qasba jien narma xlief 0.25mm fir reel u naghmel lahhar 5m 0.18mm jew 0.20mm u ma nuzax comba.  Bhala qasba nuza spinning rod light mitchell minghand OKUMA-1976, casting weight 5-15g.

meta narma fuq idi nitfa xlief 0.50mm jew 0.60mm fuq is sufra xi 50m (fkaz li jkollok titlaq naqa jekk tmissek xi huta ohra flok kahlija).   Min dawn il 50m nitlaq 20m wara id dajsa (it 30m lohra jibqaw mas sufra), comba 30g u swivel.  10m xlief 0.35mm, swivel u 10m xlief 0.20mm.

Tghidli kemm hi kumplikata, tista tevita ix xlief 0.35mm u wara ic comba titfa 15-20m xlief 0.20mm, pero jekk tkun qed taqbad sewwa ix xlief 0.20mm jinbaram mix xejn u jkollok tibdel 20m shah kull darba, kif ghattlek jien tibdel 10m biss.  Barra min hekk tnaqqas it tahbil ghax aktar ma jkollok tul ta xlief irqieq aktar ikollok tahbil
Title: Re: Kahli?
Post by: The_Gaffer on May 23, 2012, 15:49:49 CET
@ganni - l-ahhar 10m xlief, tuza florocarbon jew xlief normali?

X'inhu li-speed ideali biex trejjex ghal kahli?

Grazzi!
Title: Re: Kahli?
Post by: Granitu on May 23, 2012, 15:58:26 CET
Quote from: The_Gaffer on May 23, 2012, 15:49:49 CET
@ganni - l-ahhar 10m xlief, tuza florocarbon jew xlief normali?

X'inhu li-speed ideali biex trejjex ghal kahli?

Grazzi!

Bid dghajsa tieghek tigik oghlja gaffer sajda kahli lol.
Title: Re: Kahli?
Post by: The_Gaffer on May 23, 2012, 16:00:36 CET
Le Granitu - mhux ser immur b'tieghi, just ridt inkun naf, ghax qatt ma stadejt bir-rixa ghall-kahli. 
Title: Re: Kahli?
Post by: Granitu on May 23, 2012, 16:18:21 CET
Niccajtaw ftit gaffer

ifem jien nrejxilha 3-4 knots u naqbad

Hawn xjuh irejxula 1-2 knots u jaqbdu

L kahli huta li hin kollhu tikkacja - kontra ta dak li hafna jahsbu. U wahda mill ftit hutiet li ghanda vista tajba

Mux difficli kemm jahsbu biex taqbad wahda, difficli tibqa taqbad - imma trid naqa pacenzja maghha - meta tmissek tkun sibt xi glieba normalment - imma mux dejjem. gieli tibqa tmiss u taqta f daqqa u gieli ma tmissx xejn.



Title: Re: Kahli?
Post by: bigboy on May 23, 2012, 16:47:11 CET
jien normalment ma narmax dashekk goff fuq idi.

Narma 35 qama harira 0.40mm fis sufra umbad ingannat dirett mal medda il fera ta 5 qami 0.25mm floro carbon.la nuza swivels u laqqas nuza comb u dejjem qbadt sajdiet sbieh bir rixa tal kahli. Bhala rixa norbot rix abjad ta madwar 5 - 7cm u sunnara sieq twila 12.

normalment b kollox nitlaq warajja 20 qama. u nhalli l kumplament fis sufra ghal dik il huta l kbira li haditli r rixa kemm il darba ;)

Sissa bir rixa tal kahli qbadt dal hut:

Kahli
Cervjol
Sawrell tal imperjal
Lampuki
kubrita (3kg l akbar mal ForTuna)
Acciol ta 3-4 kg
imsell
Lizz
plamtu

ma nafx x baqali nzid fil lista tal hut li qbadt bir rix tal kahli :) Ghalhekk dejjem issibli wahda minnom god dajsa lili haha
Title: Re: Kahli?
Post by: Charles837 on May 23, 2012, 20:34:21 CET
grazzi ta twegibiet

x inu l ahjar filodu?

wara nofsinar tajjeb?

grazzi
Title: Re: Kahli?
Post by: bigboy on May 23, 2012, 21:50:27 CET
filodu u flaxija tajjeb man pero lisbah li nsib jien dawk is satej ta qabel jidlam
Title: Re: Kahli?
Post by: malvizzu on May 24, 2012, 13:51:28 CET
Jien narma xi 40 qama .35mm fis-sufra u 2 qamiet .18mm floro carbon. Bejn .18mm u .35mm naghmel rotating swivel zghira hafna. Wara d-dghajsa nitlaq bejn 20-25 qama. Bhala lure inhobb nuza jew hut zghir tal-Megabite daqs 5cm (qbadt hafna kahli u sawrell biha) jew inkella grubs tar-rubber. L-unika problema li dejjem kelli u li qatt ma nista' nsib tarfa hu li jkolli hafna brim peress li l-leader hu irqiq u jkolli nibdel ta' spiss.
Title: Re: Kahli?
Post by: bigboy on May 24, 2012, 15:50:12 CET
Jien qatt ma kelli barma wahda ;)

Isbah min rixa bajda mawx hbieb tieghiiiii
Title: Re: Kahli?
Post by: ganni on May 24, 2012, 22:39:56 CET
uzgur li ma jkollokx jekk tuza xlief 25 ;)

jekk tinzel ghal 18 jew 16 tkun storja differenti meta tibda taqbad huta wara l ohra