Nixtieq nintroduci l-kampanja "fish4tomorrow": grupp ta' ghaqdiet li qeghdin jippruvaw jinfurmaw il-pubbliku dwar il-problemi li qieghed jitfacca l-industrija tas-sajd hawn Malta u dwar il-problemi ambjentali li hawn relatati mas-sajd. Qeghdin nippruvaw nheggu n-nies biex jieklu iktar hut li jinqabad mis-sajjieda Maltin u specjalment dak il-hut li huwa maqbud b'mod sostenibli.
Nixtiequ niltaqaw mas-sajjieda halli nitghallmu minnhom u mill-esperjenzi taghhom. Nixtiequ nsiru nafu l-opinjonijiet taghkom, ghax wara kollox is-sajjieda jigu affetwati l-iktar inhabba l-problemi ambjentali.
Jekk tkunu tridu tiltaqaw biex tiddiskuti s-sitwazzjoni w l-opinjonijiet taghkhom please ibaghtuli messagg fuq dan il-forum.
Grazzi.
www.facebook.com/fish4tomorrow
Prosit freedive. Bl-ingliz nghidu ahna is-sajjieda dillettanti (recreational fisherman) we strive inspite of the beaurocracy created by the establishment!
Il parti l kbira tas sajjieda ma jistawx idahhlu tonn imma il massakru li jsir min tax xibka NO Problem,Waqqfu il gangmu ghax qed jeqred l alka, imma l mostru ta dredger li hemm marsaxlokk orrajt, Min imur jaqbad erba kaxxi kavalli ghas suq jaqlawlu fwiedu imma min qed jeqred il kavalli bla razan bhala maghlef orrajt. Ahjar ma nibqax nsemmi ghax malajr johorgu xi ligi biex iwaqqfu dal forum eeeh.
prosit accjolaman.ilqat il-musmar fuq rasu.
Quote from: Accjolaman on July 05, 2012, 22:24:53 CET
Il parti l kbira tas sajjieda ma jistawx idahhlu tonn imma il massakru li jsir min tax xibka NO Problem,Waqqfu il gangmu ghax qed jeqred l alka, imma l mostru ta dredger li hemm marsaxlokk NO problem, Min imur jaqbad erba kaxxi kavalli ghas suq jaqlawlu fwiedu imma min qed jeqred il kavalli full scale bhala maghlef NO Problem. Ahjar ma nibqax nsemmi ghax malajr johorgu xi ligi biex iwaqqfu dal forum eeeh.
Anzi, ahjar titkellmu iktar milli kemm tgergru bejnietkom! Il-poplu ma jaf xejn dwar il-problemi li qed tfaccaw inthom u sajjieda bhalkom li jiddependu mis-sajd biex jghixu. Jekk tkunu tridu tiltaqaw siegha biex niddiskutu please ibaghtuli PM - dejjem inzommu l-kunfidenzjalita... gieli ltqajna ma sajjieda u tghallimna hafna minn ghandhom.
Ejja guys minn ghandu facebook jitfa l kumenti u lopinjonijiet tieghu hemm !!!!
ija hekk naghmlu ggantno1 u nispiccaw kuljum il-qorti bil-libelli!
Ghalfejn siehbi jaghmlulek libell ??? Jekk ma toffendi lil hadd u tara certu posts li inkitbu fuq dan il forum u tiehdu ezempju l ahhar wiehed sajd illegali u crien zghar tinduna li minn kitbu wasal l ilment tieghu minghajr ma offenda lil hadd!!!!
Libell isir meta timalafama tigdeb, tivinta , tejd dak li tismgha minghand tal hanut u mhux il-fatti, fuq xi hadd [/b] !!! sakemm twassal l ilment tieghek bl edukazjoni u fuq fatti konkreti minghajr gideb hadd ma jistgha jghidlek xejn l importanti li zomm ma dawn li semejtlek qabel!!!
Jien jidispjacini imma facebook m ghandiex u jekk nigu ghal li semmejt int dan ukoll huwa forum publiku hu jekk iridu jaghmlu libell fuq dak li jinkiteb hawn jistghu ukoll gifiri li qieghed tejd int ma tantx nahseb li jaghmel sens.. ;) Dan l argument darba kont qajjimtu mal Gaffer fuq certu kliem kief jigi indirizat izda ma tantx kien hemm min qabel mieghi imma ibqaw certi li zgur dan il forum jigi segwit minn xi persuni li ghandom x jaqsmu ma xi Awtorita ;)
prosit freedive.
ggantno1,kieku kelna nighxu f'dinja perfetta iva,naqbel mieghek,biss nehhieha min rasek li jekk tighd il-verita hadd ma jaghmillek libel.iz-zighir ma jistax jitkellem kontra l-kbir ,anki jekk ikun qed jighd il-verita. jekk tmiss wiehed mil-untouchables iqumu l-irwiefen kollha forza 10.
F'dinja perfetta ma nghixux !! qatt ma ktibt hekk anzi pjutost bil kontra imma billi hemm kampanja biex tisalvagwardja l hut u thalila kument dwar kif jistgha jerga jiehu ruh il- bahar mhux xi haga ta' barra min hawn u ma nafx ghalfejn din il- biza talibelli u pilastri u tijatrini ohra!!! ??? rajtuhom il kumenti li qedin ihallu nies??
Jien dan hu l unika delizju li ghandi u lest li naghmel l almu tieghi biex nisalvagwardjah u nemmen li l istess intom jien mhux l ewwel darba li ktibt fuq sites dwar affarijiet hekk. Nghid dejjem x nahseb jien u ma noffendi u naghjar lil hadd u hadd qatt ma qalli xejn kull bnidem ghandu dritt ghal espresjoni tafuh dan jew le?
Li jidispjacini hu li fuq dan il-forum kullhad igerger u jghid u jivinta imbaghad meta nigu ghal fatti hafna milli dejjem igorru dejjem b xi skuza qisna dik il-qahba li kuljum tharess fil mera u tghid li trid tibdel hajjita u qatt ma tiehu azzjoni u minghajr ma tkun taf tghaddi hajjita kollha ta qahba. X jiswa li tgergru hawn fuq il-forum ? zgur li minn hawn mhux ser jitrangaw l affarijiet!!! In-nies li ma jifmux fis sajd ghalihom ahna qridnih il-bahar ghax x'jigri fuq daghjsa ta tkarkir qatt ma rawh il-pariti gol portijiet laqas biss jafu li huma illegali ,x jigri mal gageg ta tonn qatt ma raw !!! imma ahna li nghixu mal bahar narawhom dawn l affarijiet u l impatt li jhallu . Fuq site kien hemm artiklu dwar ic crien u nies bdew jikumentaw tafu li kien hemm wihed ra persuna tistad b ta rukell u wahal fellusa u mar jikteb fuq is site li hemm bzonn jinfurzaw fuq is sajd bil qasba habba li dan ra dik ix xena!! nisthajilkom tghiduli kemm hu injorant imma jekk dak l injorant ikun wihed minn dawk li jiehu sehem biex jidetta xi ligi x jigri!!!! Ghalekk ghandna nitkelmu biex l verita tinfirex u dak li jsir bil mohbi jinkixef ukoll isa jekk ma jirnexilniex ghalinqas nghidu pruvajna imma mhux inhallu kollox adej qisu qatt ma gara xejn u meta jinfurzaw fuqna diletanti kullhadd indanatu jkompli JGORRR
jekk int lest tiggieled,allura niltaqghu.mhux biex niggieldu flimkien tafs lolololol.u nispjegalek certu affarijiet.nimxu min hemm jekk trid.jekk trid niehdu flixkun birra it-tnejn filghaxija tajjeb.jista jigi min irid wkoll.nitkellmu u nisimghu.
Quote from: caldaland on July 07, 2012, 17:04:51 CET
jekk int lest tiggieled,allura niltaqghu.mhux biex niggieldu flimkien tafs lolololol.u nispjegalek certu affarijiet.nimxu min hemm jekk trid.jekk trid niehdu flixkun birra it-tnejn filghaxija tajjeb.jista jigi min irid wkoll.nitkellmu u nisimghu.
iva nixtieq li niltaqaw, nibaghtlek messagg halli niftehmu.
tkunu ha tiltaqaw ghiduli u nigi, filkas ibghatuli pm fuq dal forum
Il-posts tieghi u tal baghira nehhejthom halli naghti cans lir-raguni tidhol. L-EWWEL IL-FORUM, LI KIEN, GHADU U JIBQA L-IKBAR U L-AQWA F'MALTA!!
I have received a request to review this topic which went off topic and personal, which I was in the process of doing. Regardless of who initiates it, who is right or wrong, I will intervene to remove all personal arguments from the forum. In life there are people who dont get on with each other or who fall out, and that is life, but I will NOT continue to let anyone use the forum as a tool to attack each other - so please respect that guys.
As it happens by the time I finished reading, these were already removed. Please stick to the topic, personal stuff....Offline.
Thanks Skip
rajtu dawn l-artikli?
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120807/local/unsustainable-tuna-fishing-promoted-in-festa-tat-tonn.431814
(http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120807/local/unsustainable-tuna-fishing-promoted-in-festa-tat-tonn.431814)http://www.maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/Environmental-campaigners-accuse-Pullicino-s-ministry-of-promoting-illegally-caught-tuna-20120807 (http://www.maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/Environmental-campaigners-accuse-Pullicino-s-ministry-of-promoting-illegally-caught-tuna-20120807)
http://www.di-ve.com/news/festa-tat-tonn-raises-ethical-issues
(http://www.di-ve.com/news/festa-tat-tonn-raises-ethical-issues)http://gozonews.com/24416/festa-tat-tonn-raises-ethical-issues-fish4tomorrow/ (http://gozonews.com/24416/festa-tat-tonn-raises-ethical-issues-fish4tomorrow/)
Taqblu maghna li l-ideja ta' festa tat-tonn, specjalment 7 gimghat wara li ghalqet l-istagun, kienet ideja hazina? Mid-dehra times of malta nehhew l-artiklu originali ghax iffissaw fuq il-bicca fejn ghedna li t-tonn kien jew tal-farms jew maqbud il-legalment (peress li l-istagun kienet ghalqet 7 gimghat qabel).
Jekk taqblu maghna niehdu gost kieku tiktbu xi haga fis-section tal-kummenti taht l-artiklu ta' times. Jekk ma taqblux xorta nixtieq nisma' l-opinjonijiet taghkhom, forsi nitghallem xi haga.
jekk veru it-tonn kien maqbud legalment,allura,ma nahsibx li kien frisk hafna meta ttikel.ghaddew 7 gimghat mil l-ahhar gurnata ta l-istagun.
probabbli kienu kollha tal-farms le? Hekk qed nassumi jien peress li gie organizzat mil federazzjoni tal-akwakultura.
probabbli dawk gew maqbuda min hdejn il-farms u mitfuha hemm.Biex ma jinqabdux li qabzu l-quota,gie organizzat dan il-festival.
Jien nahseb li dak it tonn fil festival kien donazzjoni (nighdu ahna isa multa zghira eeh) min ghand min qabez mhux biss il kwota. X tahsbu intkem??
UZGUUUUUR! Hadt ma jitkellem eeh. Ghidu naqra x tahsbu.
Suggeriment zghir l-ahwa.......qed taqalaw paroli u polemiki li ma humiex verita....Dak li gara fil fiera tat tonn sar taht kontroll tal ufficjali tal fisheries (li kienu qedin hemmek preseneti hin kollu)...Nistaqsikhom wahda biss....kontu intom li xtrajtu imqar kilo Tonn, biex il qliegh minnhom immur ghal ghan nobbli kif sar diga ??...jew paroli si u fatti NO.....jekk jogobkhom il fiera saret taht moniteragg u il hut inghata donazzjoni minghand kumpaniji tat tonn lokalment biex il qliegh imur ghal ghan nobbli.....nista nasigurakhom illi il hut kollu kien mizmum tajjeb wisq u frisk tassew.....Paroli fil vojt li gieli jigi ikkumentat ghawn gew jghamel hsara mux fuq skala zghira pero jghati riperwazzjonijiet aktar fil futur....Nahseb illi il Kampanja fish4tomorrow mijiex posta go dan il forum u specjalment ghalina id delettanti ax l-ahwa ser nitfaw il gebla fuq saqajna...ahna qeghdin seww u aktar nigu...tafu x'jiena nghid !!....certu decizzjonijiet inhalluwhom fidejn l-ufficjali u mux nghatu opinjoni bla bazi.....
Pauline, jien sempilcilment qed nipprova nifhem x'gara. Ahna (ta'f4t) ma rridnix naqlaw polemika fuq minn fejn gie t-tonn, kemm xtaqna nuru d-dissapprovazjoni li l-Ministeru ghamel dil-festa wara li ghalaq l-istagun. B'hekk benefikkaw tal-farms u mhux is-sajjied iz-zghir. Xtaqna li l-istess ministeru ghamel festa biex jippromovi hut differenti li ghandu bzonn promozzojoni (ghax nighduwa kif inhi, jinbieh bizzejjed tonn fuq is-suq u mghandux bzonn festa).
Issa hargu PR ohra http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120809/local/Tuna-Festival-fish-were-all-caught-under-quota.432088 (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120809/local/Tuna-Festival-fish-were-all-caught-under-quota.432088)
Issa vera mhux qed nifhem. Jekk ma nqabbadx illegalment u ma giex mil-farms, mela min fejn gie dat-tonn jekk int qed tghid li kien frisk???
(Please translate as topic was started in Maltese)
Just a thought.....Tuna can still be caught out of season as a by-catch of other fishing. This permits fishermen to land BFT legally, (they must still be registered as part of the TAC) but they will be noted down as a by-catch of say Swordfishing for example.
Naqra ta hsieb...it tonn xorta jista jinqabad barra listagun bhala by-catch ta hut iehor. Ghalhekk is sajjieda jistaw idahhlu it tonn legalment, ( xorta iridu ikunu irregistrati bhala parti mit TAC) imma jitnizzlu bhala by-catch tal pixxispad per ezempju .
Quote: '' However, the ministry said Malta always ensured regulations were safeguarded and all activities fell in line with EU and international procedures"
Nisugerilek il post li tfajt taqraha sewwa u mux dak li jaqbel lilek habib....Bizzejed ghanna ir regolamenti governativi fuq rasna...u kif ukoll entitajiet privati bhas sea sheaperd u Green peace...ma ghanniex bzonn l-ghaqda taghkhom tintervjeni awn geww....ax issa izzejjed huwa zejjed...halluna naqa bi kwietna ha ngawdu naqa delizzju tghana bil kwiet dejjem taraw xser taqalw.....Nahseb illi postok mux mghana awn gew ax ahna awn nistadu u niehdu pjacir irridu mux aktar pariri biex tipruvaw taqtawilna delizju li baqalna fdan il pajjis....
Debono....ma nafx intiex qed tghix fdinja...pero nies bhalek juru bic car illi mohhok fin nies......meta jkolok l-informazzjoni cara u korretta xgara fil festa ta tonn ejja bwiccek bil quddiem u ghid il verita xkienet - nghidlek biss illi artiklu ta times kellu jigi irrangat ax ma kienx hemm dikjarazzjoniet tajbin min naha ta tagging u min naha ta konsum legali.....issa wasal zmien li ahna id deltanti nqumu naqa fuq tghana ax daqt johdulna l hwejjeg li lebsin....ekk jonqos ukoll tithol ghaqda privata awn gew u ser tibda timmolla ukoll xinhu tajjeb u xinhu le, ghalina deltanti......qedin seww ta vera....
jahassra jekk id dilettanti u is sajjieda kollha ta Malta johorgu kulljum ghat tonn f'season shih ma jagbdux daqs vapur wiehed ta tonn f'gurnata wahda.
Naf li irridu nihdu hsieb il bahar ghax qied imut imma hej ibdew bil kbar jekk jogobkom iz zghir halluh ghal ahhar mhux naghmlu plejtu ghal tonna li forsi ikun iffortunat li jaqbad darba f'season.
jekk tinnotaw il gbid ta tonn meta organizzajna il Big Game competition inqabdet wahda bejn 100 dajsa u darba ohra tonna wahda bejn 50 dajsa.
Jien wiehed minn ta quddiem biex niehdu hsib il bahar ghax ma tantx hemm prospetti sbieh imma jekk jogobkom aqbdu il barri minn qrunu.
Quote from: shanook on August 09, 2012, 12:44:46 CET
jahassra jekk id dilettanti u is sajjieda kollha ta Malta johorgu kulljum ghat tonn f'season shih ma jagbdux daqs vapur wiehed ta tonn f'gurnata wahda.
Naf li irridu nihdu hsieb il bahar ghax qied imut imma hej ibdew bil kbar jekk jogobkom iz zghir halluh ghal ahhar mhux naghmlu plejtu ghal tonna li forsi ikun iffortunat li jaqbad darba f'season.
jekk tinnotaw il gbid ta tonn meta organizzajna il Big Game competition inqabdet wahda bejn 100 dajsa u darba ohra tonna wahda bejn 50 dajsa.
Jien wiehed minn ta quddiem biex niehdu hsib il bahar ghax ma tantx hemm prospetti sbieh imma jekk jogobkom aqbdu il barri minn qrunu.
Ezatt! Din hi l problema meta riformi isiru minn erbgha hniezer fuq mejda li dak li jkun jinteressahom huwa l but
debono ma kienx qed jirreferi ghad dilettanti izda ghal professjonisti.
Pauline, ghadni ma ffihmtx ezzatt x'qed tipprova tghid ta. Jew ma fihmtx inti l-iskop tghana. Ahna ma rridu nwaqqfu l-hadd milli jistad u mghadna x'naqsmu xejn mal-greenpeace jew sea shepherd. L-ghan taghn a huwa semplici: nixtiequ li l-konsummatur jsir jaf iktar dwar kif jinqabad il-hut tieghu u li jghazel hut li mhuwiex maqbud b'mod li jghamel hsara lill-ambjent u li huwa mqabbad minn sajjied Malti minflokk minghand l-industrijali.
Jien gejt f'dal forum ghax naf li intom nies li tifmu sew is-sitwazzjoni u xtaqt 1) nitghallem, 2) nara xinhu l-opinjoni tad-dilletanti, mhux biex nippromovi l-kampanja jew nighdilkom x'ghandkom tghamlu... zgur tafu iktar minnhi xinhu tajjeb jew hazin!
Ahna kkummentajna fuq il-festa tat-tonn ghax rajniha tac-cajt li l-gvern (jew Ministeru) qed jighn iktar il-kumpaniji tat-tonn mis-sajjieda.
Quote from: Pauline Tuna on August 09, 2012, 12:07:01 CET
Debono....ma nafx intiex qed tghix fdinja...pero nies bhalek juru bic car illi mohhok fin nies......meta jkolok l-informazzjoni cara u korretta xgara fil festa ta tonn ejja bwiccek bil quddiem u ghid il verita xkienet - nghidlek biss illi artiklu ta times kellu jigi irrangat ax ma kienx hemm dikjarazzjoniet tajbin min naha ta tagging u min naha ta konsum legali.....issa wasal zmien li ahna id deltanti nqumu naqa fuq tghana ax daqt johdulna l hwejjeg li lebsin....ekk jonqos ukoll tithol ghaqda privata awn gew u ser tibda timmolla ukoll xinhu tajjeb u xinhu le, ghalina deltanti......qedin seww ta vera....
Nixtieqek tghidli l-verita mela ta xgara u ma garax jekk joghgobok! It-tonn kien min tas-sajjieda zghar u maqbud ligalment? Jew tal-farms? jew illegali?
Naqbel mieghek 100 % li misskom tibdew titkellmu dwar il-problemi li tiffacjaw! Imma nassigurak jekk qed tghid li huma f4t li qedin jippruvaw jeqirdu s-sajd tghakhom vera ma taf xejn.
Bhala F4t huwa tajjeb li tkunu tafu li s-sajd li jaghmlu l-bicca l-kbira ta d-dilettanti jaqbel hafna mal-messaagg li qed tippruvaw twasslu intom dwar sajd aktar sostenibbli. Fejn tidhol il-kwistjoni tal festa tat-tonn nahseb hawn mhux il post fejn tista tiehu risposta ezatta.
Is-sajd tad-dilettant huwa kwazi kollu sostenibbli - l-ewwel haga ghal kull ewro li nonfqu fid-delizzju taghna (u nonfqu hafna, hafna aktar milli wiehed jista jahseb) naqbdu hafna u hafna anqas min sajjied professjonali. Il-metodi li nistaghdu bihom ahna wehidhom jillimitaw hafna il-qbid li nistghu naghmlu - ahna ma nuzawx xbieki, pariti, konzijiet twal etc izda nuzaw biss qasab, xolfa, forok, bi ftit snanar
It-tieni haga il-ftit li naqbdu normalment jigi kkunsmat mil-familji taghna. Il parti l-kbira tal qbid taghna huwa l-istess hut li qed tippromovu intom u li hafna minnu ma tantx jimxi fis-suq - sirran, tumbrell, kavalli, xi plamtu, xi pagella, kahli, vopi, sawrell etc. Ahna la naqbdu tonn u lanqas pixxispad - forsi xi whud milll-aktar dilettanti li huma armati tajjeb u jmorru ghall-alungi (huta ohra mhux tas-suq) jafu forsi jaqbdu wiehed fi stagun - u dan huwa inkluz fil kwota nazzjonali tat-tonn allura lanqas dawn ma qed jiehdu xejn ta hadd.
Nista naccertak li din il-bicca li qed jonqos it- tonn u l-pixxispad ma ghandu x'jaqsam xejn mad-dilettant. Niftakar li meta kont zghir (issa ilu ftit zmien mhux hazin) kien jinqabad u jinbieh tonn zghir ta xi kilo jew tnejn (tunnagg) fi zmien il-lampuki, u anke xi dilettanti kienu jaqbu xi ftit - u qatt ma kien hemm issues dwar sostenibilta. Is-sajd mhux sostenibbli tat-tonn bdiet aktar recentement min sajd bla razan fil Mediterran (minn sajjieda Spanjoli, Francizi, Taljani, Tunezini etc) biex jissodisfa s-suq Gappuniz.
Ghalhekk din l-issue tat tonn u l-festival tat-tonn ma ghandha x'taqsam xejn mad-dilettant. Zgur li mhux tonn li qbadna ahna kien! Ghalhekk li hawn ma nahsibx li hu il-post ideali biex tista issir taf aktar mnejn gie dak it-tonn li nbiegh fil-festival. Ovvjament feel free biex tippostja hawn kull meta jkollok bzonn - izda hawnhekk dilettanti ser issib u mhux sajjieda professjonali!
Quote from: lazyfisherman on August 09, 2012, 17:42:46 CET
Bhala F4t huwa tajjeb li tkunu tafu li s-sajd li jaghmlu l-bicca l-kbira ta d-dilettanti jaqbel hafna mal-messaagg li qed tippruvaw twasslu intom dwar sajd aktar sostenibbli. Fejn tidhol il-kwistjoni tal festa tat-tonn nahseb hawn mhux post id-diskussjoni
Is-sajd tad-dilettant huwa kwazi kollu sostenibbli - l-ewwel haga ghal kull ewro li nonfqu fid-delizzju taghna (u nonfqu hafna, hafna aktar milli wiehed jista jahseb) naqbdu hafna u hafna anqas min sajjied professjonali. Il-metodi li nistaghdu bihom ahna wehidhom jillimitaw hafna il-qbid li nistghu naghmlu - ahna ma nuzawx xbieki, pariti, konzijiet twal etc izda nuzaw biss qasab, xolfa, forok, bi ftit snanar
It-tieni haga il-ftit li naqbdu normalment jigi kkunsmat mil-familji taghna. Il parti l-kbira tal qbid taghna huwa l-istess hut li qed tippromovu intom u li hafna minnu ma tantx jimxi fis-suq - sirran, tumbrell, kavalli, xi plamtu, xi pagella, kahli, vopi, sawrell etc. Ahna la naqbdu tonn u lanqas pixxispad - forsi xi whud milll-aktar dilettanti li huma armati tajjeb u jmorru ghall-alungi (huta ohra mhux tas-suq) jafu forsi jaqbdu wiehed fi stagun - u dan huwa inkluz fil kwota nazzjonali tat-tonn allura lanqas dawn ma qed jiehdu xejn ta hadd.
Nista naccertak li din il-bicca li qed jonqos it- tonn u l-pixxispad ma ghandu x'jaqsam xejn mad-dilettant. Niftakar li meta kont zghir (issa ilu ftit zmien mhux hazin) kien jinqabad u jinbieh tonn zghir ta xi kilo jew tnejn (tunnagg) fi zmien il-lampuki, u anke xi dilettanti kienu jaqbu xi ftit - u qatt ma kien hemm issues dwar sostenibilta. Is-sajd mhux sostenibbli tat-tonn bdiet aktar recentement min sajd bla razan fil Mediterran (minn sajjieda Spanjoli, Francizi, Taljani, Tunezini etc) biex jissodisfa s-suq Gappuniz.
Ghalhekk din l-issue tat tonn u l-festival tat-tonn ma ghandha x'taqsam xejn mad-dilettant. Zgur li mhux tonn li qbadna ahna kien! Ghalhekk li hawn ma tantx hu il-post ideali biex issir taf aktar mnejn gie dak it-tonn li nbiegh fil-festival. Feel free biex tippostja hawn meta jkollok bzonn - izda hawnhekk dilettanti ser issib u mhux sajjieda professjonali!
Grazzi tal-ispjegazzjoni tajba. Qadt ma kelli l-ebda dubju li tamlu inthom mhuwiex sostennibli. Dak kont cert minnhu mal-ewwel darba li bdejt naqra dal-forum u nara r-rittratti. Napprezza li l-festa tat-tonn forsi man ghandiex taqsam mal-delizju tghakhom - xtaqt nara jekk ghandkomx opinjoni dwar il-bicca u daqshekk.
ma nafx ghaliex il Malti malli ma jaqbilx ma xi haga flok jistarrax u jifli dak li jkun qied jinghad johrog qatta bla habel fuq dak li jkun. Kull haga li ghanda xtaqsam mal hut u sajd ghanda posta hawn. issa jekk xi hadd ihossu naqra imbarazzat fuq xi haga jew ohra ghandu jiehu pacenzja imma li membru bhali ta dan il forum jiddeciedi jekk ghandux jig diskuss hawn jew le nahseb li dak jarah l'Amministratur. L'Aktar li nistaw naghmlu hu li nirrapurtaw imbad jiddeciedi l'Amministratur.
I am going to translate for Nicks sake:
I cant understand why the Maltese as soon as we dont agree with something, instead of researching and looking into the matter, we go all out against the individual. Any subject that has anything to do with fish or fishing has its place here. Now if someone feels uncomfortable about what is being said he should try to keep cool, but a member should never decide whether the topic should be discussed here or not, that is the job of the Administrator. The max we can do is report it and then the Administration will decide.
naqbel perfettament ma shanook.m'hemm xejn hazin li niddiskutu dak kollu li jiffettwana.
Dazgur li ma hemm xejn hazin li tiddiskuti - anzi tajjeb hafna. Infatti ppruvajt nispjega ftit xi aspetti tad-delizzju taghna ghal Debono4761. Kull ma ridt nghid hu li minn dan il-forum difficli tkun taf ezatt mnejn origina t-tonn li nbiegh fil festival. Dak kollox. Skuzawni jekk stajt niftiehem hazin - irrangajt xi zewg kelmiet mil post - nispera li issa aktar car.
Of course there is nothing wrong in discussing - on the contrary it is very healthy. In fact I tried to explain some aspects of our pastime for Debono4761. All I wanted to stress is that from our forum it is unlikely that he can get to know exactly where the tuna sold in the tuna festival originated. That's all. Sorry if I was not clear enough. I have modified a couple of words in my post - hopefully it is now more clear.
and we lived happily ever after lol.
Qaghad insegwi il-kummenti generali f'dan it-thread. Jidher li hemm hafna passjoni fil-kummenti. Jien inkun fuq il-bahar ta spiss. Nara hafna sajjieda specjalment dilettanti, igawdu l-passatemp tahhom ghal kwiet. Dawn narhom kemm minn fuq xi qoxra tal-bahar, u kemm mill-art. Bhala dilettant, laqatni l-kumment iktar il-fuq kif ahna, bhala dilettanti, nonfqu gelgul ta euros biex issostnu l-passatemp taghna. Minn hu dilettant mis-sajd fuq il-bahar, jaf x'jien nghid. Nixtru qoxra tal-bahar, mutur, fuel, irkaptu tas-sajd. kieku dawk il-flus investejniehom, kieku ghanda biex nixtru hut ghal ommorna kollha. Ahna dak id-delizzju taghna.
Sfortunatament, id-dinja u ta madwarna mhux post l-idealismu. Hija dinja reali hafna li nghixu fija, fejn is-sinjur ikompli jistanha, il-politikant xi kultant jithammeg, u l-NGOs joholmu li jibdlu kollox kif jaqbel lilhom. L-affarijiet, ghal inqas mill lenti tieghi ta 50 sena, ma jimxux hekk.
Wisq nibza li hawn hafna interressi jigbdu lejn xawwathom...