Malta Fishing Forum

Main => Equipment, Techniques and Tips => Topic started by: kazizudebono1 on August 25, 2012, 01:49:56 CET

Title: Nixtiequ nitghallmu
Post by: kazizudebono1 on August 25, 2012, 01:49:56 CET
Iselmilkhom hbieb,l-ewwel darba li qed nikteb fil forum.
Ghandi t-tifel ihobb hafna s-sajd izda ma nistax nejnu ghax ma ghandix idea ghalkemm inhobbu bhala delizzju izda meta morru nistadu dejjem bil barmil vojt immorru d-dar ghax meta naqbdu xi haga tkun zghira wisq ghalhekk qed nistaqsi jekk tistux ittuni ftit pariri.
Jiena noqod Marsascala u ghandi daghjsa zghira izda qatt ma nuza ghas-sajd peress li m ghandix idea fejn irrid immur u x irrid nuza biex niehdu siegha pjacir.Jista xi hadd jghidli fejn nista mmur kemm min fuq il bahar u anke min fuq l art in naha taghna u bhallissa hemm xi haga ghal xiex nistu nistadu bix forsi niehdu siegha pjacir it tifel u jiena.
Nirringrazzjakom bil quddiem u nixtiqilkom is sahha
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: L-Ghaxqi on August 27, 2012, 09:02:51 CET
ifem bid dajsa jekk tohrog al tal-qiegh memmx bzonn il barra esagerat ta....1-2 miles u titfa paternoster bil-gambli imissek is serran zgur! :)
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: Peprina on August 27, 2012, 14:12:31 CET
Ma nafx nghidlek in-nahat ta' Marsascala fejn hemm tajjeb ghas-sajd, imma bil-gambli kullimkien taqbad xi haga. Ara illi s-snanar huma ta' daqs tajjeb - la kbar u lanqas zghar, u li mhumiex imsaddin halli jaqbdu tajjeb. Ghal max-xatt taghzilx snanar kbar ghax ghalxejn. Ghatti s-sunnara b'bicca gamblu (jien niehu ftit gambli minn tal-pakketti tal-freezer, jew tista' tiehu l-frisk - in-nahat taghkom zgur ma jonqosx). Serran, burqax, gharajjes, u anke vopi ghandek taqbadghom mill-art gharmat ghal wicc. Ghattent ghal hin li qed tmur tistad ghalkemm meta ghandu jmissek imissek, imma l-ahjar kmieni filghodu jew ghal-hin ta nzul ix-xemx. Ghandek thossu jigdem, jew tal-inqas ghandek tara l-gamblu jittiekel. Jekk mhux jigdem tawwal jew qassar il-fond tas-snanar, jew biddel il-post. Ara illi l-'line' qieghda dritta - jekk mhix zidilha comba. Ghazel xi feature taht il-bahar - per ezempju fuq xi blata, jew vicin il-qiegh ta' xi dghajsa. Malli thossu jigdem tella' malajr halli tqabbad halq il-huta. Hafna drabi xi hadd gdid joqghod idum jahsiba biex itella', u hemm jitlifha l-huta. Ahjar it-tella ghalxejn milli thallihom jiekluk. Jekk hemm ic-cawl qed inaqqar, dak daqxjen difficli taqbdu, qieghed is-sunnara iktar fil-fond. Jekk ha tmur bid-daghjsa irid ikollok comba fit-tarf u tnizzel ghal qiegh.

Jiena wahdi mat-tfal tghallimt. Jekk ma jirnexxilekx biddel xi haga, esperimenta daqsxejn, hares lejn haddiehor x'jaghmel. Malli taqbdu l-ewwel wahda ma tkunux tistghu tieqfu tohlomu bil-hut.

Good luck! U ghidhilna kif tkun mort.
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: caldaland on August 27, 2012, 15:08:06 CET
spjegazzjoni tajba.prosit.
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: kazizudebono1 on August 30, 2012, 22:37:51 CET
Gheziez hbieb nixtieq nirringrazzjakom tar-risposti taghkom.
L-ghaxqi jimporta tfemni xhinu paternoste Ghax dan ninghalija xi haga tal quddiesa,(hutu nixtieq naqbad mhux patrijiet)(niccajtaw ftit)

Peprina grazzi tar risposta detaljata u se naghmel kif ghedtuli u nkellimkhom lura. Bilhaqq fejn il fishfarms ta quddiem il Hofriet (fejn Delimara) hemmhekk tajjeb ghal xi haga.

Grazzi u s-sahha
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: L-Ghaxqi on August 31, 2012, 08:58:11 CET
ifem...daw laffarijiet tfittex kemm tista trid jekk ma jkollokx xi hadd mijek li jurik live u tipprova tamel ir rigs int...



dan huwa kif ikun pater noster:

http://www.google.com.mt/imgres?imgurl=http://myfishingfrenzy.com/images/paternoster_boat.gif&imgrefurl=http://myfishingfrenzy.com/boat_fishing.php&h=500&w=400&sz=5&tbnid=6sHlezn7sIaHxM:&tbnh=90&tbnw=72&prev=/search%3Fq%3Dpaternoster%2Bfishing%2Brigs%26tbm%3Disch%26tbo%3Du&zoom=1&q=paternoster+fishing+rigs&usg=__TxK2GEmBnuANYVw3fuRLVGJeoQk=&hl=en&sa=X&ei=Sl9AULvEIPOM4gTCsYDYCA&ved=0CD4Q9QEwBQ&dur=398




awnekk jispjegalek kif andek tamlu:

http://www.youtube.com/watch?v=4mia2OjRl3w
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: lazyfisherman on August 31, 2012, 12:32:54 CET
Arma paternoster kif qallek l-ghaxqi - uza snanar 6 jew 8 u harira xi 0.25 mm ghal frieghi. Ixtri ftit gambli mir-roza tal-friza. Qattahom bicciet daqs 1 cm tul biex tistad.

Biex tibda sib gurnata bnazzi bil bahar lixx u jekk jista jkun bla (jew bi ftit) kurrent u stad bejn 150 sa 500 mitt metru l-barra mix-xatt. Itfa erbgha tefghat - jekk ma jmissekx imxi ftit u erga pprova - zgur ghandek taqbad xi hut tal-qieh (brieqex, sirran, sparli etc - u oqghod attent jekk taqbad xi tracna - gieli tinzerta xi wahda jekk tigi fuq qieh tar-ramel jew tajn u t-tingiza taghha ma hi pjacevoli xejn). Tistenniex xi kobor ta hut imma ghandek tiehu pjacir
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: L-Ghaxqi on September 03, 2012, 09:32:57 CET
jekk tara xi huta kif qed jajdlek tajjeb lazyfisherman...beige bl-ispots ma dara  isa kolla spots tkun zghar suwed u jkollha ajnejha isom fuq rasa ma xulxin kwazi...dik tracna BEWARE!!! jekk tniggzek igri il policlinic ax tista tikteb il wirt...u mhux qed nezagera!
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: Maria on September 03, 2012, 13:55:26 CET
Insellem lill kulhadd. Jista xi hadd jghidli kif nista intella huta mdaqqsa, ghax kull darba li qbadt xi huta sabiha dejjem kwazi jehilsu u tghidx kemm jiddispjacini. l-ahhar li qbadt wahda kont wahdi, ma kellix ghajnuna, allura b'ghid wahda inzomm il-qasba ( mhux tar-reel) u bl-ohra il-kopp u ma rnexxilix. Grazzi
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: lazyfisherman on September 03, 2012, 14:19:15 CET
Iva Maria mhux facli specjalment jekk tkun bil-qasba tal-idejn. Imma tista tikkoppja huta sabiha jekk tkun wahdek.


L-aktar importanti hu li QATT ma trid toqghod tigri wara l-huta bil-kopp - Li trid taghmel hu li tghajjijha sewwa u meta tkun ghajjejtha tghollilha rasha l-barra mill-ilma u tkaxkar il-huta helu helu fuq wicc l-ilma ghal gewwa l-kopp. Ovvjament jekk il-huta tkun ghadha b'sahhitha mhux ser thallik taghmel dan!

Xorta jehlislek il-hut kulltant, izda bi ftit prattika jirnexxilek tikkoppja huta sabiha.
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: L-Ghaxqi on September 04, 2012, 08:52:03 CET
kif qed jajdlek ezattament lazyfisherman...li trid tamel tajji il huta tant li meta terfa rasa mill ilma ma toqodx tati, ima tidhol relax fil-kopp
Title: Re: Nixtiequ nitghallmu
Post by: Maria on September 04, 2012, 14:35:09 CET
,Grazzi hafna lazyfisherman u l-ghaxqi, tattika li ma kontx nafha, nispera li darbohra jirnexxili. Tislijiet.