Malta Fishing Forum

Main => Equipment, Techniques and Tips => Topic started by: john77 on May 06, 2013, 18:54:55 CET

Poll
Question: xi hadd jista jajdli x liska andi nuza al denci. nistad minn max xatt
Option 1: tumbrell mejjet votes: 3
Option 2: bubin vopi jew cawla hajja votes: 6
Title: denci
Post by: john77 on May 06, 2013, 18:54:55 CET
 ???
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 07, 2013, 14:08:53 CET
c cawla hajja juzawa mal knuz li jkalaw fil fond. Perez li tiflah ghal fond tibqa hajja.

Mhix sajjeda daqs il bubin haj zgur imma. Pero jekk tmur tkala l bubin fil fond (100mt +) probabli jmut. Ssib xi morina jew xi gringu. L bubin tajjeb ghal bahar fond medju.

Insejt il vopa ukoll habib, effettiv immens. U jekk tkun mignun bizzejjed, l klamari zghar minn tal 15 cm kalati fuq konz huma sajjieda immens.

Bil mejjet morna tajjeb hafna bil qarnit zghir llixkat shih imma l konz mmodifkat b tali mod li jkunu minxura u maqluwa mil qiegh. gili sibna xi cerna imma l probablita trid taqlaha mill pett tispicca. L qarnit irid ikun frisk imma, jew maqbud bin nifs jew minn tal pixkerija.

Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 07, 2013, 16:29:20 CET
Tisimak titkellem tahsbek xi wiehed min ta Nasser jew ta Clay lilek hahaha
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 07, 2013, 17:07:08 CET
Quote from: bigboy on May 07, 2013, 16:29:20 CET
Tisimak titkellem tahsbek xi wiehed min ta Nasser jew ta Clay lilek hahaha


lol... fejn nkun pruvajt u naf xi haga big nghin hux. Fil hajja tghallimt li qatt m hemm x titlef u jekk ma tippruvax, ma titghallimx. Jekk naghti din il prespettiva skuzani u andek dritt ghal opinjoni.

Ikolli dubji u dejjem nipprova u nitghallem minn kollox. Ma nqisnix li naf hafna, imma li naf naqsmu. Jaf nkun zbaljat, jaf inkun korrett. Jien bniedem li naqsam, ghax nemmen li meta taqsam jaqsmu mieghek.

Dejjem nitfa lili nnifsi ghad diskussjoni big, u dak li naf naqsmu anke jekk jigi kritikat. Fil hajja hekk titghallem, meta tkun kapaci titfa dak li taf ghad diskussjoni ta haddiehor. Kull darba l oggett tipperfezzjonah, qatt mhu se jkun perfett, imma dejjem ha tevolvi t taghlim tieghek.  

Kulhadd jara l affarijiet minn filosofija u lenti differenti u kultant l iktar bniedem li jkun bla esperjenza jghallmek. M ghandekx idea kemm nipprova affarijiet u kull darba, nihu taghlim minna.

Jien personali din hi l esperjenza u l avventura li taffaxinani fis sajd. Hija xjenza li tevolvi, tista tigi interpretata diffenti u dejjem tevolvi.
Title: Re: denci
Post by: Accjolaman on May 07, 2013, 21:38:05 CET
Darba kont ghidtlek biex teqleb full time, imnalla ma smajtx minni ghex u meta taqsam mhux mhuwx jaqsmu miejek imma jaqsmuk siehbi u malajr tmut bil guh.
Title: Re: denci
Post by: baghira on May 07, 2013, 22:25:53 CET
Tiskanta kif dejjem issib min iparla fil vojt ghal miljun darba hux hawn....
L istess paroli... L-istess nies.......

Halluhom bi kwiethom in nies ha jaghmlu li jridu....
Ma jafx il granit illi hawn min japprofitta ruhu, imma dak li jrid jghid jghamel hu.......

Intom tghidu hafna wkoll...Paroli fil vojt imma...
Mela dan il forum minflok post ta diskussjoni, u pjacir, qed tghamluh post ta glied, paroli u ghira......
Jekk ma joghgobkomx mhux ma tuzawhx....
Isma jekk tafu hafna, hawn tad dilettanti ta' u ma jghoddx ghalikom
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 08, 2013, 00:01:32 CET
Quote from: Accjolaman on May 07, 2013, 21:38:05 CET
Darba kont ghidtlek biex teqleb full time, imnalla ma smajtx minni ghex u meta taqsam mhux mhuwx jaqsmu miejek imma jaqsmuk siehbi u malajr tmut bil guh.

Ghandi d dubji tieghi kemm mmut bil guh habib.... tahsibx li ha niehu ghalik jew ghandi ghalfejn nipprova xi haga lilek.

Pero naf sajjieda full time li qed izarmaw ghax l affarijiet mux sejrin tajjeb habib.

Idahhaqni ghax anqas tafni u tiggudikani (jaf tafni - jin ma nafekx imma jinteressani nsir nafek). Jin li naqsam mill esperjenza li  tghallimt, ppruvajt u gieli xi ruh genwina urietni.

U l istess naghmel jien, naqsam dak li naf. Nipprattika l ispirtu u l skop ta dan il forum, u mux l intenzjoni li naqa f mentalita li nkisser. Sabih li naqsmu l esperjenzi ta xulxin, u fejn tahseb li inkunu inkorretti nikkoregu lil xulxin.

Forsi din l apatija li hawn f dan il forum, wisq negattivi, sigrieti bejnietna li ahna dilettanti. Sabih li naqsmu t taghlim.

Jien l esperjenza tieghi qsamt, u nista naghzel li ma nghin lil hadd u ma nigix gudikat b mod insensat. Pero naghzel li nghin ghax dan il forum iltqajt ma nies li meta ma kontx naf ghallmuni, urewni u ghenuni.

Fl ahhar mill ahhar l habib taghna jrid jmur jipprova.
Title: Re: denci
Post by: benri on May 08, 2013, 06:41:39 CET
Granitu GRAZZI talli taqsam li taf maghna!!! Hawn min jipprova jaqla il polemiki ghax ma jaqbillux li taqsam maghna - Dawn it- tip ta nies ma niflahomx qisu lilhom hadd ma iggwidhom!
4 kelmiet tajbin Baghira!
Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 08, 2013, 08:51:12 CET
Ma tantx hemm ghalfej izzom sigrieti illum u postijiet ghax kulhadd jaf bijom >>> Hence naraw mis sajdiet li qieghedin nghamlu !!! Tal misthija sar il bahar
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 08, 2013, 09:26:44 CET
Quote from: bigboy on May 08, 2013, 08:51:12 CET
Ma tantx hemm ghalfej izzom sigrieti illum u postijiet ghax kulhadd jaf bijom >>> Hence naraw mis sajdiet li qieghedin nghamlu !!! Tal misthija sar il bahar

Il bahar naqqas big imma fi stagunu dejjem ikun hawn xi haga.

Jien nemmen bl istagun big, u bhalissa per ezempju tibda l kahli. l hadd l ghadda f satejn qabel dalam qbaddt 4 sbieh igifieri maghna qieghda.

Jien s sajda ghad denci toghgobni. Pero llum tghallimt li meta mmur ghalih dejjem immur armat li nista naghmel sajda ohra. Mux dejjem tigik tajba, daqqa favorik u hafna drabi kontrik. Li naf zgur li meta taqta qalbek, zgur ma taqbadx.

Meta tipprova, l gurnata tieghek tigi. - forsi il fatt li mhix sajda facli li d denci jaqta qalb hafna nies. Cert li ghal certu dghajjes mhux facli jaccettaw li jonqfu € 200 fuel biex ma tarax xewka hlief il lixka.

Tipprova trid u meta jtik li tingabar tiehu c cans. Personalment, niflah naghmel darbtejn ma narax huta imbad meta jigi c cans ningabar - mhux infittex li naqla lira mill bahar.
Title: Re: denci
Post by: The_Gaffer on May 08, 2013, 09:35:51 CET
Il-bierah kelli konversazjoni ma sajjied 'mustaccun'.  Is-sajda tieghu hi ghal Accjoll u Dnieci.  Ghallem hafna nies kif jistadu, bhal ma tghallem hu fi zmienu.  Pero hekk kien qed jghidli.  Hija sabiha li taqsam xi ftit minn dak li tghallimt matul iz-zmien, u thalli lil dak li jkun jiskopri u jidhol iktar fil-fond fin-namra tas-sajd.  Miniex nipprettendi li tghidli bil-'punto e' virgola' kif, fejn u meta mmur biex naqbad accjolla.  Pero ma fija xejn hazin billi tiggwida lil dak li jkun.  L-ghar forma t'ghajnuna hi meta lil dak li jkun tisgwidah.  Apposta.  
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 08, 2013, 13:18:43 CET
Naqbel gaffer u meta naqsam maghkhom m hemmx l intenzjoni li nizgwida. L intenzjoni li nghin milli naf.

Meta tghinu lil haddiehor, nitghallem minnu ukoll.
Title: Re: denci
Post by: shanook on May 08, 2013, 14:39:20 CET
mela xqied naghmel hazin ghax mhux lewwel darba laccola titla sad dajsa mghal lixka u ma tmissx. Nqattala u nitfa lixka bhal li ghandi kollha tiekolhom il bicciet u il shah, imma limsannra tasal sa mniehiera u (nahseb thares lejja u tiedli nini nini) terga iddur. jekk naqla il lixka u nitfahha u insannar ohra listess tiekol dik li kienet imsannra u ma tmissx. harira linqas u fluorcarbon minghajr comb biex tinzel kemm jista jkun naturali is sunnara mohbija taht il gilda, il ponta biss imharrga il barra.......
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 08, 2013, 14:53:11 CET
Quote from: shanook on May 08, 2013, 14:39:20 CET
mela xqied naghmel hazin ghax mhux lewwel darba laccola titla sad dajsa mghal lixka u ma tmissx. Nqattala u nitfa lixka bhal li ghandi kollha tiekolhom il bicciet u il shah, imma limsannra tasal sa mniehiera u (nahseb thares lejja u tiedli nini nini) terga iddur. jekk naqla il lixka u nitfahha u insannar ohra listess tiekol dik li kienet imsannra u ma tmissx. harira linqas u fluorcarbon minghajr comb biex tinzel kemm jista jkun naturali is sunnara mohbija taht il gilda, il ponta biss imharrga il barra.......

Ta l universita shanook, pero int qed titkellem fuq lixka mejta hu shanook??

Jin forsi ghandi fissazzjoni, imma il lixka hajja nippreferija.
Title: Re: denci
Post by: shanook on May 08, 2013, 14:57:36 CET
le anki lixka hajja kont qied ghal vopi u telat laccola mhux wahda u tiskanta kolla iduru u ma jmissux
Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 08, 2013, 15:40:20 CET
x xorti nahseb Ton !!!!!
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 08, 2013, 16:30:41 CET
jaf ikolom metal detector l-accol li jdurek XD cajta zajra. jien ghad dnici naf wihed jaqbad is sicc/klamar hajj mal lejl u wara jistadu hajj mal qih bil qasab mid-dajsa
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 08, 2013, 17:26:32 CET
Quote from: Kevin G on May 08, 2013, 16:30:41 CET
jaf ikolom metal detector l-accol li jdurek XD cajta zajra. jien ghad dnici naf wihed jaqbad is sicc/klamar hajj mal lejl u wara jistadu hajj mal qih bil qasab mid-dajsa

Jien personali hekk sibtni l ahjar. opinjonijiet imma habib, naf min jahlef bil bubin/mulett ghax fuq l klamar gili ma jehilx.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 08, 2013, 20:05:43 CET
Ton,meta tkala l-harira,tiha hafna kalun,halli il-lixka timxi mal-kurrent,kif jghamlu l-bicciet li titfa.Tigbidiex,ghax il-huta tissusspetta li hemm xi haga "fishy",meta tara huta mejta timxi kontra l-kurrent.Haga ohra,l-accola thobb li l-ewwel izzom il-lixka go halqa,tghum ftit biha,imbaghad tibla. Allura izzomx ix-xlief issikkat ghax tghohdila il-lixka min halqa.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 08, 2013, 21:16:11 CET
Il-fluorocarbon tantx tmissu b-idejk,ghax min idejna johrog certu zejt u impurities ohra u jehlu max-xlief u ma jibqax trasparenti. Tinsiex li l-hut ma jarax wisq fit-tul izda jara mmens fid-dettal. Dawn l-irqaqat jafu jfissru jekk taqbatx il-huta jew le.
Title: Re: denci
Post by: shanook on May 08, 2013, 21:49:23 CET
Iva it tnejn niehdu hsiebhom. Il huta inhallija nizla wahida mal lixka lohra. Imma dawn lanqas biss bdew ihallu l'alf imiss ma lilma li ma jikluhx. Meta nkun ha miss lixka Jew Harira dejjem inlahlah idejja blilma bahar. Ha niftemu ma jfissirx li dejjem jigri hekk imma meta tkun trid tittanta iggalek tahseb naqra.
Title: Re: denci
Post by: shanook on May 08, 2013, 21:51:12 CET
Sorry Issa qied ninduna din il post fuq dnici.... Jekk tridu intajjar il posts tieghi.
John77 fidejk ghax inti bdejtu il post.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 08, 2013, 21:56:41 CET
il-hut meta jara huta mejta jkun suspettuz hafna izjed milli meta l-lixka tkun hajja.
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 10, 2013, 09:40:41 CET
meta semejtu li tinqbad cenra fuq konz tad-dnici u tidholok gol-bejta, xmetodu jintuza biex tinhareg, u kif ha tkun taf jekk hux cerna jew qbadt il qih, ax tkun cerna tispica icarata jew ikun il qih tispica tqata il konz jew tamel hsara
Title: Re: denci
Post by: malvizzu on May 10, 2013, 10:30:47 CET
Ma nafx jekk dan li se nghid japplikax minn fuq id-dghajsa wkoll. Araw intom! Darba qbadt diskursata ma' sajjied anzjan li kont iltqajt mieghu meta kont qed nistad minn fuq l-irdum l-Imtahleb. Kont ghedtlu li kemm-il darba tlift comb ghax nehel. Kien qalli li jista' jkun li ma tkun wehilt xejn izda nkun inqabdet xi cerna u tidhol fil-bejta taghha u allura jien nahseb li nkun wehilt. Qalli metodu biex minn dak l-gholi nohrog il-huta u sincerament bqajt imbellah. Qalli zomm mieghek split rings u maghhom orbot bicca xkora tal-faxx forma ta' borza zghira u fiha poggi kubrit minn dak li juzaw fl-ghelieqi. Qalli qabbad l-isplit ring mal-main line u halli tizzerzaq l-isfel ghal gol bahar sakemm tasal mal-bejta fejn tkun il-huta. Peress li l-kubrit jibda' jirhi u jirrita l-huta, din tohrog mill-bejta u jkollok cans ittellaghha. Nahseb qisu l-istess kif tohrog qarnita minn gol-bejta taghha. Jidher interessanti dan il-metodu!!!! Jien personali qatt ma ppruvajtu izda nahseb jaghmel hafna sens!!!
Title: Re: denci
Post by: ggantno1 on May 10, 2013, 11:26:24 CET
Ija mela vera metodu tajjeb dak   :) !!!! tista tejd li jekk ikun pett jew bejta tajba ghal hut tbatal minn kull huta u holqin li jkun fiha u  mma tergax tidhol huta ohra hemm geww ghal tul ta zmien  minhaba il-kubrit!!!!!!!!!!!  Dak wihed mill metodi li jaghmel hafna hsara  u jekk trid tibza ghal xi bejta  ma jaqbilekx tuzah !!!!
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 10, 2013, 13:44:21 CET
Malvizzu,dak il-metodu jghodd ghal hjut izda mhux tajjeb ghal knuz,ghax bejn min fejn titlaq ir-ring u ic-cerna,jkun hemm snanar ohra u tehillek maghom. Min fuq l-irdum tajjeb, biss trid tpoggi comba go l-ixkora wkoll.
Title: Re: denci
Post by: malvizzu on May 10, 2013, 13:45:44 CET
Ghandek ragun ukoll ggantno1 ghalkemm kif qalli dan l-anzjan l-ammont ta' kubrit ikun zghir hafna izda jekk dan ihalli effett fit-tul zgur mhux xi haga tajba li tuza dan il-metodu!
Title: Re: denci
Post by: shanook on May 10, 2013, 15:41:19 CET
tuzawx kubrit fil bahar. Fejn tuzah jeqred il bejtiet ghal hafna hafna snin. Tejdx kemm kien ikolli xi nied ma ghaddasa ghax kien ikollhom il kubrit ghal qarnit. ghanki meta kont zghir kienu jaghmlu il hniex mil qebel bil kubrit, kienu qedin joqtlu lilhom infushom....ma nafx hemm bzomm ta aktar taghalim biex niehdu hsieb il bahar ghax mhu ser jibqa xejn.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 10, 2013, 15:46:05 CET
tista tuza bicca sigarru mitfi,dik li s-soltu narmu. Ic-cerna tohrog u ma ssirx hsara.
Title: Re: denci
Post by: ggantno1 on May 10, 2013, 22:48:01 CET
Ta sigaru qatt ma smajta  imma ma nahsibx li taghmel xi hsara ux, pero l kubrit zgur li jeqred il-bejta min kull tip ta hlejqa ghal tul ta zmien .
Title: Re: denci
Post by: Granitu on May 11, 2013, 08:43:09 CET
Quote from: ggantno1 on May 10, 2013, 22:48:01 CET
Ta sigaru qatt ma smajta  imma ma nahsibx li taghmel xi hsara ux, pero l kubrit zgur li jeqred il-bejta min kull tip ta hlejqa ghal tul ta zmien .

Tas sigarru interessanti, qatt ma smajta u zgur interessanti
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 11, 2013, 13:17:34 CET
is-sigarru johrog kollox mil-bejta anka qarnita. Fl-ixkora tridu taghmlu comba jew gebla ghax inkella ma tizzerzaqx.
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 11, 2013, 18:38:44 CET
tal-kubirt gili smajt bija, ija imma fuq il-konz kif ha tkun taf li cerna u mhux il qih? u kif ha taplika il metodu tas-sigaru/kubirt fuq il konz imma ghax ma izerxaqux gol main line haba snanar.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 11, 2013, 19:07:54 CET
Kevin,fuq il-konz ma tistax tuza din is-sistema kif kont ktibt qabel u kif qed tghid tajjeb int. Rigward qiegh jew xi cerna.........le,ma tistax tkun taf. IGBED U JGHAMEL ALLA!.
Title: Re: denci
Post by: shanook on May 11, 2013, 20:17:15 CET
jien ghal qarnit kont nuza il filter ta sigarett uzat..u jien kien ikollu kemm trid ghax 4 paketti kuljum kont nithanhom. Nahseb in nikotina ma tiehux pjacir bija il qarnita.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 11, 2013, 20:19:40 CET
il-hut kollu Ton............u l-ghar it-tar.
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 12, 2013, 07:43:20 CET
ok thanks cadaland  mela jek jinqala hekk tisaporti ftit tara ikunx hemm xi caqliqa hehe thanks e.
Title: Re: denci
Post by: caldaland on May 12, 2013, 12:48:33 CET
Jekk ic-cerna tidhol fl-ewwel toqba li ssib,ma ddumx hafna biex tohrog,izda xorta meta tkun bil-konz ma jkollokx cans tistenna. Jekk tinserta tidhol fil-bejta tagha,taf taghmel granet hemm..........l-ahjar sistema........IGBED!
Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 13, 2013, 08:27:44 CET
Jekk tkun taf li fej qieghed jaghmilom u jkun postom ax gili qlajt xi wahda min hemm mela l ahjar li taghmel hu taqta l lett u tati landa u tmur terfa mit tarf l iehor, xaktarx kif thoss il landa taghmel fuqa tohrog min gol bejta
Title: Re: denci
Post by: baghira on May 13, 2013, 17:29:19 CET
Hekk mela Big..prosit
Jien hekk nahseb ukoll, ghax anke meta nisparaw ghal xi wahda bl harpoon u tehel inhallu float jigbed fuqa ghal xi hin forsi tohrog.
Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 13, 2013, 22:26:57 CET
;)
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 14, 2013, 10:35:46 CET
mm tajba din lideja big boy thanks tali qsamta mana
Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 14, 2013, 10:49:57 CET
Jien ma nipretendix li jien xi sajjied pero affarijiet bhal dawn nejdomlu lil dak li jkun ax cerna mhux ta min ihallija hemm isfel ee la tkun inqabdit !

Kwalunkwe tuhila jekk thoss li qijed imwehhil u ed tissogra li tfaqqahha ahjar taqta u tati landa u tmur terfa mit tarf l ihor ax hemm cans li l hut li jkun wehlek ttellaw al wicc ;)
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 14, 2013, 19:59:05 CET
tikber u titalem hehe grazzi. Naqra mistoqsija vojta ima nasumi lahjar qabel taqta tistira il lett biex xhin torbot il landa, din il landa tibda tamel is-sahha il fuq peres li ikola illett 'jigbed lisfel'
Title: Re: denci
Post by: bigboy on May 14, 2013, 22:19:35 CET
ovjament. Kemm jistajkun niproa nigi ezatt fuq it tuhila qabel naqta. U dejjem hu position fuq il gps tal qata ;)
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on May 14, 2013, 22:26:23 CET
ija ija dik dejjem. grazzi big boy :D
Title: Re: denci
Post by: felic on October 01, 2013, 19:27:31 CET
Tistghu tghiduli f'liema fond tista ssib d dnieci? Jekk ikunu fond ta xi 250 metru, bil jigging jinqaghbad ukoll?  Grazzi
Title: Re: denci
Post by: Moonwalker on October 02, 2013, 01:09:08 CET
Ma nafx kemm tista tghamel Jigging sew go fond ta 250m jew ghandi zball?
Title: Re: denci
Post by: Kevin G on October 02, 2013, 07:30:07 CET
ma nafx kem ha isibu fdak il-fond id-denci
Title: Re: denci
Post by: bigboy on October 02, 2013, 10:40:04 CET
15 - 100m
Title: Re: denci
Post by: caldaland on October 02, 2013, 14:08:47 CET
Id-denci komuni ma ssibux f'dawk il-fondijiet. Fuq il-200 metru tista ssib xi denci tal-hotba,imma pjuttost skars. Barra min hekk,il-jigging mhux prattikuz f'dak il-fond ghal hafna ragunijiet.
Title: Re: denci
Post by: felic on October 02, 2013, 19:00:43 CET
Allura jekk bil jigging mhux tajjeb, kif jista jinqghabad? Bil konz, hjut, jew bix xlief tal qiegh?
Title: Re: denci
Post by: bigboy on October 02, 2013, 21:17:56 CET
denci jinqabad bdawk kolla li semmejt pero mhux f fond ta 250m. izjed ax ad baqa hafna dnitec ! :(
Title: Re: denci
Post by: Granitu on October 03, 2013, 09:47:14 CET
Quote from: bigboy on October 02, 2013, 21:17:56 CET
denci jinqabad bdawk kolla li semmejt pero mhux f fond ta 250m. izjed ax ad baqa hafna dnitec ! :(


Fadal big, pero d denci hzien certu postijiet. bilkemm imiss fuq il haj ahseb u ara b xi jig.