Malta Fishing Forum

Main => Equipment, Techniques and Tips => Topic started by: Icom on September 11, 2014, 11:08:02 CET

Title: Armar tal-knuz.
Post by: Icom on September 11, 2014, 11:08:02 CET
Andi konz armat bil-medda tal-habel (kurlin) u friejej imbeddien 3 qammiet min xulxien.  Il-problema li andi huwa, meta tigi biex tkalla l-ewwel posta ghandiex inkalla l-posta biss u imbad meta tasal mal-qieh norbodx il-medda maghha u inhallija tereq (tizerzaq mas-sieq bili nuza xi comb mal-medda).  Tistaw ituni ftit idejat dwar dan?
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: bigboy on September 11, 2014, 11:27:39 CET
Icom dal konz li ed issemmi int huwa xaktarx konz tal pistin jew tal mazzola. Gifiri xolu li jitkala gol fond.

dak ix xol normalment jitkala bicciet ta 50 sunnara u jitkala hekk:

tirhi l landa warajk u tkala s sieq kolla sakemm tigi al gebla. Torbot il gebla mat tarf u tqabbad il konz. tirhi l gebla u tkala xi 10 snanar bla ma taqdef. wara xi 10 snanar itlaq il magna taqdef bilmod u fajjar il kumplament. kif jigi t tarf tal konz ghandek 2 options. 1.tista tqabbad gebla zajra ta kilo u titlaq il konz (jigi konz b sieq wahda) jew inkella qabbad gebla ohra tat tarf kbira u qabbad in nylon umbad erga qabbad landa u jigi b 2 saqajn.

da kollu kif tipreferi tahdem int. jien nipreferi nahdem b sieq wahda
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: Icom on September 11, 2014, 11:38:30 CET
Thanks big, le mhux tal-pistin. Dan kien h amiluli missieri u adni qatt ma uzajtu. L-ideja li tkala l-landa warajk u imbad torbod kollox ghogbitni. It-tieni sieq mhux problema. Jien jahasra kull mandi bzonn min jurini naqra u nigbor naqra esperjenza!
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: bigboy on September 11, 2014, 12:10:52 CET
konz tal habel huwa konz tal pistin - ghal mazzol, rajja, cippullaz, etc

hut abjad ma taqbdux bdak it tip ta konz
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: Icom on September 11, 2014, 17:52:20 CET
Jigifieri bigboy, konz tal-qieh iried ikollu l-medda maghmula min xlief?  Rajt hafna knuz maghmulin min hbula.  Qed nireferi ghal lazz kanella li jintuza hafna ghal hsajar. 
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: bigboy on September 11, 2014, 17:57:38 CET
lazz u kurlin differenti sihbi.

lazz tajjeb al hut abjad ijja imma jien fimtek an nylon l orange ax dak najdulu kurlin ahna.

mela bdak ix xol mandekx alfej tkala bicciet ta 50 izda bicciet ta 100 b zewg saqaj
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: Icom on September 11, 2014, 18:20:27 CET
Skuzi  ghandhekk mitt elf ragun, zball genwin. Lazz rid nejd! Hekk ha naghmel mela, inkalla l-ewwel landa waraja imbad norbod. Hemm xi tatika partikulari biex nilixka bicciet tal-kavvali sabiex ma jinqalax?
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: bigboy on September 12, 2014, 12:49:41 CET
int alxix ha tmur ?

personalment il kavalli ma jogbunix. jin nipreferi lacci jew tumbrell. kemm jista jkun nilliska meta l liska tkun ada kwazi frizata u nkala dak il hin. ma nhobbx insannar konz min qabel.
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: Icom on September 12, 2014, 14:18:26 CET
Qed insaqsi ghax andi hafna kavalli fil-frizza pero tumbrell mandiex avvolja nipreferi lilhom! Mandiex xi tip ta hut partikulari fmohhi.  Kont behsiebni inkalah fuq xifer fi 80 metru fond.
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: bigboy on September 12, 2014, 14:27:47 CET
f dak il fond tuzax kavalli. ed timmira taqbad hut bhal pagru denci dott

ghal dak il hut ma jintuzax il kavall
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: Icom on September 12, 2014, 14:46:59 CET
Xtisugerili mela?  Klamar? Totli?
Title: Re: Armar tal-knuz.
Post by: bigboy on September 12, 2014, 15:56:05 CET
SICC U TUTLI TAJBIN

KLAMARI MA JOGBUNIX