Hello,
nixtieqkom taghtuni xi parir dwar dil-problema. Dan l-ahhar iddecidejt nipprova nistad bil-metodu tal-ispinning. Qed jigri illi sikwit meta nikkastja l-lure, jitghaqqad ix-xlief waqt li jkun hiereg minn fuq ir-rukkell u ma nistax insib tarf ghaliex. Semmewli diversi ragunijiet, fosthom;
1. M'hemmx bizzejjed xlief fuq ir-reel
2. Hemm wisq xlief fuq ir-reel
3. Qed nikkastja bis-sahha wisq
4. M'ghandix bizzejjed swivels fuq ix-xlief
5. Problemi fl-anelli tal-qasba
Ippruvajt diversi affarijiet, ez. Biddilt ir-reel, ippruvajt kemm b'monofilament kif ukoll braid, uzajt zewg lure leaders bi 3 swivels bejn il-lure u x-xlief. U xorta ghadu jitghaqqad.
Naf ukoll illi ir-rih jaffettwa wkoll izda rajt lil min jistad spinning f'rih mhux hazin bla problemi.
X'tahsbu?
Jekk mhux xi raguni milli semmejt int jista jkun li x-xlief mhux imkebbeb kif suppost fuq ir-reel. Meta tkebbu ara li jkun stirat ghax jekk jirkeb u jimbaram, meta johrog ghoqda jigi. U qabel tikkastja lure, orbot comba max-xlief u kkastja lilha halli x-xlief jistira wahdu.
Kif qal ruzett.. il-problema li meta jitkebbeb ma jkunx issikat u jitkebeb hazin.. normalment kienet tigrili hekk meta nkun al klamari bil braid... lure hafifa u ma jitkebibx sew alura kultant norbot comba hali nigbed isikat.