Malta Fishing Forum

Main => General => Topic started by: valeria on August 30, 2015, 07:50:30 CET



Title: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: valeria on August 30, 2015, 07:50:30 CET
Ghandi dajsa u nixtieq nipprova inrejjex ftit bhala passatemp.

Apparti xi lampuki xtista taqbad daz zmien? Jew ukoll x mhux suppost taqbad ukoll. Naf li tunnagg catch and release.

Rajt stampi ta tunnagg u tumbrell u miniex kapaci narafom.  Hemm xi mod easy kif wiehed jinduna?

Trid xi permessi biex trexxejx. Jien S reg ghandi.

Grazzi.


Title: Re: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: markmalta on August 30, 2015, 08:07:53 CET
Aw habieb, Jien diletant bhalek ar rixa, pero minhiex espert lanqas :D Sawrell ta limperjal, cervjol, lizz, tumbrell, burqax (jekk tuza comba), skalmi etc.. issa daqt jibda plamti u kubrit :) Jien ma nafx xdghajsa ghandhek, jien tieghi frejgatina zghira ta 12.5 feet, pero noqghod inrejjex vicin tal kosta, *coastal trolling* u dejjem ghamilt qabdiet sbieh. Lewwel haga li trid taghmel, fkull tip ta sajd, trid tara ghal liema huta ser tmur tistad.. umbad fittex minn hemm.. lahjar hin, liska, speed etc.. em ktieb ta Rio Sammut, Sajd bir Rixa vera tajjeb!

Good luck!


Title: Re: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: valeria on August 30, 2015, 08:27:12 CET
Grazzi Mark.
Ghandi open bost 15ft kollox. Gieli hrigt nistad ghal qiegh jew ghas sawrell bil kavalli. Imma jew ma nafx il hinijiet jew ma sibtx il pistijiet ghax sawrell idur mieghi u ma jithajjarx inaqqar ( meta jkun hemm) jew xi brieqex mil qiegh u xi serran zghir :)
Nohrog min fra ben u normalment immur vicin gzejjer jew bahar ic caghaq.

Il ktieb nixtrih jekk tajjeb.

Grazzi.


Title: Re: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: markmalta on August 30, 2015, 08:43:23 CET
Il ktieb tajjeb hafna! L-hemm fuq ma tantx naf peress li jien nohrog minn marsascala. Forsi hawn xi nies li jistghu ittuk xi hjiel minn naha ta fuq ;)


Title: Re: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: Kevin G on August 30, 2015, 19:02:42 CET
As sawrelll mal farms ta san pawl tat tonn kona naqbdu bis sabiki


Title: Re: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: valeria on August 30, 2015, 19:42:39 CET
Nixtieq nipprova ftit bir rixa qabel intella id daghjsa ghax sa 15 September insurance tieghi.

Forsi naqbad xi lampuka :) taghmel differenza il kulur tal lure li nuza?  Ghandi ahmar ahdar u ohra bajda. Single lure per line xtrajt. Imma nahseb kieku inzid fergha ohra inzid ic cans. Nahseb  irrid naghmel xi comba bejnietom.






Title: Re: X tista taqbad daz zmien bidu ta settembru bir rixa?
Post by: valeria on September 01, 2015, 05:54:31 CET
IL ktieb issugerit "Sajd bir rixa| ta Jonathan u Rio Sammut xtrajtu u informattiv hafna.
Grazzi tas suggerimenti.