• Welcome to Malta Fishing Forum.

Buccaneer 120 (12ft) or Bahri/Kaptan 13ft??

Started by andrew, May 08, 2011, 10:22:03 CET

Previous topic - Next topic

andrew

Hbieb,

Qed ndur u naqqad biex nixtri dajsa zghira ghas-sajd. Jien ntella u nizzel wahdi allura ma ridx xi haga kbir u ukoll karozza vitz ghandi. Qed jogobni hafna il buccaneer 120 ax fond u wisa ad daqs li hu, jew nkella immur ghall kaptan jew bahri 13. Xi hadd ghandu idea fuq il buccaneer 120 ax vera laqatni u bhala mutur kont namillu 25 4 stroke. Xtahbu please? Grazzi  :)

Andrew

TaKinu

#1
Jien sea rover ghandi tal-buccaneer.  Kuntent hafna habib. Nista nghidlek li ma ddispjacini xejn u qatt. Issa ser tghalaq 10 snin ghandi. Nassigurak ukoll li charlie u Nicky tal-buccanner huma nies mill-ahjar u jibqghu t'ghajnuna kbira ghalik.
Ifhimni Kaptan hija dghajsa tajba wkoll CERTU rqaqat li tfittex  jaghmlu d-differenza.

shanook

mill ftit esperjenza li ghandi il Kaptan jipplanja hafna malarj u tista toghoqod fil poppa. Ma jxarbekx daqstant fil mewg. rigward mutur l'ewwel ara kemm ser tkunu nies. ghax bi tnejn minn nies u irkapti tas sajd malajr tibda tarah slow. Imbad skond kemm ser trmur fit tul. Insomma kollox jaghllem

malvizzu

Sa sena ilu kont fl-istess ilma tieghek Andrew. Domt kwazi sitt xhur sakemm iddecidejt x'se nixtri. Ghal kwazi 8 snin jew aktar kelli frejgatina b'mutur 9.9HP izda wara xtaqt xi haga ftit akbar biex apparti s-sajd inkun nista' ndur dawra mal-familja (mara + 2 tfal).

Rajt ammont ta' dghajjes sew. Petecraft, Buccaneer, Kaptan, Poseidon (HiTec Marine), tal-Mecca, tar-Ratal, etc. Fl-ahhar kont wasalt biex nazel bejn tnejn - Petecraft jew Buccaneer.

Ma' Charlie tal-Buccaneer mort zewg sea trials fuq Buccaneer 13ft b'mutur 50HP Honda. Nista' nghidlek li ragel mill-ahjar u jisma' u jghinek f'dak kollu li trid.

Mort ukoll ma' Mario tal-Petecraft ghal sea trial fuq dghajsa Fastfisher 14 Open b'mutur Tohatsu 50HP. Mario u hutu Christian u Simon, kienu ta' ghajnuna kbira. Mort kemm-il darba l-workshop u dejjem nibbumbardjahom bil-mistoqsijiet. Bil-pacenzja kollha, avolja kienu jkunu imhabtin hafna bix-xoghol, kienu jirrispondu ghal kull haga li kont nistaqsi.

Iz-zewg dghajjes ghogbuni izda fl-ahhar mort ghal tal-Petecraft. Il-finish li ghandha d-dghajsa ihabbatha facilment ma' dghajjes ta' barra. Fuq il-bahar sibtha soda hafna, anke meta dorna fuq genb wiehed fuq speed qawwi, baqghet stabbli mmenx. Il-fatt li hija fonda minn gewwa taghtik ukoll aktar sens ta' sigurta.

Mutur kont bejn Suzuki 50HP 4-stroke u Evinrude ETEC 50HP 2-stroke Direct Injection. Xtrajt tal-ahhar ghax ghandu s-sahha tat-2-stroke izda ekonomiku nahseb aktar minn 4-stroke. Plus huwa ehfef minn 4-stroke. Darius ta' RLR Gzira kien ta' ghajnuna kbira fl-ghazla tal-Evinrude. Il-fatt li ghandhom l-ewwel 3 snin jew l-ewwel 300 hours minghajr service jurik il-kapacita ta' dawn il-muturi.

L-ahhar ghazla hija dejjem f'idejk. Trid tqis ukoll kemm huwa l-budget tieghek. Ara kemm se tkunu nies fuq id-dghajsa u b'hekk tiddeciedi x'sahha ta' mutur trid. Taghzilx ghall-argument mutur 30HP biex tiffranka l-flus ghax jekk tkunu 4 min-nies se tbazwar il-mutur u tahli hafna aktar petrol. Mur ghall-akbar mutur li tiflah id-dghajsa. Jien qghadt fuq nies li jifhmu hafna aktar minni fuq dan il-forum u llum ma jiddispjacini xejn.

Nawguralek li tixtri x'tixtri jkun ghal qalbek u tgawdiha.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

andrew

Thanks nies naprezza hafna il kummenti :) jien miniex maggel biex nixtri u ha nibda nara buccaneer id diehla. Tiprova trid fuq il bahar u tara kif tmur ux :) jien li rridu as sajd u 2 persuni max. xtaqt xi haga bhsahhitha ax forsi l quddiem nixtieq niprova id deep sea fishing :)

Shaftbomb

Ahsibha ftit siehbi ghax 12 l-pied wara sena tibda taraha zghira wisq, it-tbandil u c-cokon jibda jdejqek.....

fisheye

Hi Andrew welcome fuq il-forum jien u naqra il-post tieghek innutajt xi punti mportanti li wiehed irid jiehu inkosiderazjoni.  Perezempju il-karozza vitz, meta jien ipruvajt nigbet buccaneer 147 bil-vitz tal-mara sibta difficli hafna, fit-triq il-karozza ma kinietx stabbli u fis-slip trid tigbida bil-habel ghax ma tellax inkella. Igifieri inti ftit limitat fil-kobor kemm tista tkabbar. Mill-banda l-ohra jekk tixtieq tistad deep drop fishing trid tohrog il-barra, jekk thares lejn mappa tal-bahar lokali tinnota li biex il-bahar jibda jfondi u jaqbez il-100 metru trid tohrg il-barra fil-maggoranza tal-postijiet. Jigifieri trid issib bilanc bejn dak li tixtieq u dak li hu prattikabbli. Pero fuq il-bahar il-kobor qatt ma hu telf u 2piedi f'dajsa jghamlu differenza. good luck 
Buccaneer 147 powered by Yamaha 85

andrew

Thanks fisheye... filfatt ekk hu irrid insib dak il bilanc. Ovjamenet it temp kollox inbat ux tkun limitat aktar jekk jkollok xi haga zghira. :) Thanks

Lexxun

aw habib jien andi bucaneer 13ft lahhar mudell u mutur andi yamaha 40 4 stroke u qed najdlek ma jidispjacini xejn li xtrajta... ax dajsa tajba kemm as sajd u kemm biex tmur mal hbieb jew mal familja sa awdex jew sa kemuna..... il mutur hu naqa hsieb xtamel ax jekk ma tkunx bsahhita tibda idejqek wara ftit. imma 13ft b 40 yamha nista inserahlek mohhok li tigri u tiplanja mal lewwel u andek fejn tiehu sija pjacir ta veru... good luck 4 your choice!!!!!!

Lexxun

ehhh bilhaq ax kont ha ninsa jien peugot 106 andi u nigbidha tajjeb id dajsa.... looool

andrew

grazzi siehbi jien filfatt xi haga ekk bi hsiebni narma. issa nipruvawhom ftit ux :)