• Welcome to Malta Fishing Forum.

Comb mal-fergha jew mal-main line?

Started by matt110593, September 14, 2014, 19:09:07 CET

Previous topic - Next topic

matt110593

Jiena ghandi qasba tal-iden 7m. Issa jien narma b main line 6.5 m (0.20mm) u l-fergha ta 0.5m narmahha biz- 0.18 florocarbon .

Il-mistoqsija tieghi huwa. Ic-comb fejn lahjar narmah? Mal fergha jew mal-main line?

iltqajt ma tnejn min-nies li tawni opinjonijit differenti madankollu it-tnejn jidru validi.
1. Arma c-comb mal fergha halli s sunnara tinzel qabel il-main line u ma joqodx imissek u johodlok il-lixka l-vopi li jkun fil-wicc
2. Jekk ha tarma bic-comb mal fergha alxejn ed tuza florocarbon ghaliex qieghed tamel zewg combit tal-1g li il huma visibli ghal hut.

Ma lim taqblu? jew forsi andkom xi opinjoni diversa?

ronaldosajdbis

Jien dejjem wahhalt ic-comb daqs pied, u forsi anki ftit aktar, 'il fuq mis-sunnara. Ukoll, skont ghal xiex inkun nistad, nikkalkula xi nwahhal comb, imma jidhirli li comba tal-1gr hija esagerata. Lanqas meta jkollok bahar imqalleb, dejjem fil-fehma tieghi. Gieli ghall-kahli lanqas comba wahda ma naghmel, imma l-aktar comba lewlu jew tnejn. Wara li ghedt dan, nistqarr li jien fil-portijiet ma nistadx, ghalhekk forsi f'dawn il-postijiet, forsi jintuza comb aktar tqil minhabba l-fond, forsi ghas-sajd tal-mulett fost l-ohrajn. Ghalhekk, niehu gost nisma' x'ghandu xi jghid haddiehor, anki b'opinjoni differenti.

lazyfisherman

Hekk hu ronaldosajdiss - fil portijiet meta tistad fil fond tkun trid ic-comb - u hafna drabi 2 g u anke aktar - bhal dan iz-zmien il portijiet ikunu mimlija tisfija - voparella u zabri daqs domna u ghalhekk minghajr comb, jekk ser tistad vicin il-qiegh lanqas qatt twassal il-lixka sa fejn trid tistad.
Ic-comb dejjem mal main line naghmlu, daqs 0.5 m il-fuq mis-sunnara.