Malta Fishing Forum
International Game Fish Association
News:
 
*
Latest Gallery Pictures






WEATHER FORECASTS
Luqa Station Malta North Virtual Buoy West Coast Dingli Cliffs Cirkewwa Mellieha
Pages: [1]
  Print  
Author Topic: Applications for Recreational Fishing of Bluefin Tuna 2019  (Read 911 times)
0 Members and 1 Guest are viewing this topic.
skip
Administrator
Active User
******
Offline Offline

Posts: 3940



WWW
« on: March 08, 2019, 17:42:38 CET »

Applikazzjonijiet 2019 ghal Sajd Rekreazzjonali ghal Tonn Bluefin.
 
Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jinforma lill-pubbliku ġenerali li l-applikazzjonijiet għal dawk interessati li jipparteċipaw fis-sajd rikreattiv tat-tonn matul l-istaġun li ġej se jkunu miftuħa. L-applikazzjonijiet għas-sajd rikreazzjonali għat-tonn se jkunu disponibbli fuq mobile app li se jkunu miftuħin mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju 2019.

Il-mobile app tista’ titniżżel mill-Google Play Store jew mill-Apple Store billi ssegwi dawn il-passi: Fittex għal Malta Fisheries & Aquaculture, imbgħad agħżel is-simbolu tal-ħuta.

Wara li tinstalla l-applikazzjoni iftaħa. Agħżel Fishing Licence Renewals u erġa għażel Recreational BFT Authorisation. Imbagħad imla d-dettalji kollha mitluba u agħfas submit. F’dan l-istadju l-applikant għandu jirċievi email li tikkonferma li l-formola tal-liċenzja ġiet sottomessa. Fi żmien jumejn tax-xogħol l-applikant jirċievi email li jindika jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata jew jekk hix meħtieġa aktar dokumentazzjoni.

L-istaġun tar-rikreazzjoni għat-tonn bluefin se jkun miftuħ mis-16 ta’ Ġunju 2019 sal-14 ta’ Ottubru 2019 jew sakemm tinqbqd l-kwota relevanti allokata.

Biex wieħed jipparteċipa fis-sajd rikreattiv tat-tonn, l-applikant għandu jkollu bastiment liċenzjat għas-sajd rikreattiv skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Ladarba l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-applikant jista’ jipproċedi biex iħallas il-ħlas amministrattiv ta’ €20 billi juża l-istess app. L-istruzzjonijiet pass pass għall-ħlas se jiġu provduti fl-email tal-konferma.

Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

Għal aktar informazzjoni, wiehed jista jikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fuq it-telefon 22926888 / 22926800.

Applications for the 2019 Recreational Fishing of Bluefun Tuna are open and you can download their app to apply on both Android and Apple by searching for: Malta Fisheries & Aquaculture > Click on the Fish Symbol > Fishing License Renewals > BFT Authorisation
Logged
Pages: [1]
  Print  
 
Jump to:  

Recent Posts
[August 05, 2019, 14:13:16 CET]

[July 19, 2019, 23:50:47 CET]

by skip
[July 18, 2019, 04:19:14 CET]

by skip
[July 18, 2019, 04:13:42 CET]

by skip
[July 18, 2019, 04:11:26 CET]

[July 10, 2019, 12:50:36 CET]

[June 27, 2019, 13:51:20 CET]

[June 16, 2019, 11:22:18 CET]

[May 14, 2019, 12:07:37 CET]

[May 09, 2019, 21:22:58 CET]

[April 01, 2019, 11:51:34 CET]

[March 26, 2019, 11:28:13 CET]

[March 24, 2019, 18:08:27 CET]

by skip
[March 08, 2019, 17:42:38 CET]

[March 01, 2019, 18:00:14 CET]
Powered by MySQL Powered by PHP Powered by SMF 1.1.21 | SMF © 2015, Simple Machines | TinyPortal v0.9.8 © Bloc

Valid XHTML 1.0! Valid CSS! Dilber MC Theme by HarzeM