Malta Fishing Forum

Boat Fishing in Malta => Offshore & Coastal Boat Fishing => Topic started by: bmamo on April 03, 2013, 17:13:03 CET

Title: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 03, 2013, 17:13:03 CET
L-ahwa,
        Illum gratli bicca, cempluli biex jgharrfuni li ghandi id-dghajsa qeda puzizzjoni mhux tas-soltu. Mort girja niccekja ha nara xinhu jigri, u nsib li inqatatli il-baga minn mal-mazzra (mill-qiegh), bid-dghajsa thabbatli mal-moll kolla grif. Issa din id-dghajsa bil mazra b'kollox ghadni kemm xtrajtom u ovjament ma ccekjajtx il mazra kif kienet, pero min bieghhieli qalli kollox sew hemm suppost. Ovjament ma kienx.

Issa li nixtieq inkun naf huwa

Kif ghandu jkun l-armar tal-mazzra?
Tafu b'xi hadd li jigi joghdosli u jqabbadli kollox?
Kulma ghandli x'inzomm huwa il-baga ta' fuq, il-bqija kollox irid jinbidel apparentament, xi kemm tiswini bejn wiehed u iehor u ghand min tissuggeruli mmur nixtri kollox?
Galvanizzat jew stainless steel?

Grazzi bil quddiem
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: Granitu on April 03, 2013, 18:22:43 CET
fejn qieghed marbut - kellem lil baghira tal forum nirrakomandah bniedem ta l affari tieghu.

Lejn bbugia emm il barun jista jaqdik ukoll.

Dawn affarijiet li l ahjar ticcekjhom kull sena.

Bil bahar kollox jispicca u kellem lil min bieghlek ghalkemm mux ha tiehu palju - hafna drabi hadd ma jkun jaf x inhu jigri emm taht trid tiehu hsieb int.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: shanook on April 03, 2013, 19:17:38 CET
Bmamo kif qallek granitu, cempel lil baghira, issa n ibatlek sms...
Biex tixtri laffarijiet mur ghand ta bormla ghandu kollox ghanki il hxuna tal habel jiedlek kemm skond id daghajsa. Jien inhobb nagheml Shakle fil qieh iwweldjat ma bicca katina naqra hoxna (ghas saborra) imbad nkompli bil habel tan anylon. Radanci tal istainless u shakles imtaqqab u b' split pin.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 03, 2013, 19:59:51 CET
Ibatuli pm jekk jogbok in numru ta baghira. Grazzi ta' l-ghajnuna. Issa nghaddi s'ghand ta' Bormla forsi jtini naqa ideat tajbin. Kumbinazzjoni kont se ntella dal weekend, halli nara naqa il qieh u hekk u ntih antifouling, u service il makna. Issa naraw nispiccax b'xi karru f'nofs ta' triq! Alla jibghata tajba!
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 03, 2013, 20:02:22 CET
saborra ma fhimtx xi trid tghid biha.

Mela jien irrid, mal mazzra nqabbad shackle, imbad katina, imbad radanc, imbad habel tan-nylon? Sew fhimt? Ghax biex nghidlek il verita minn gol bahar tellajt habel u daqsekk, probabbli ghad hemm kollox hemm isfel imwahhal mela!

P.s. Il-Pieta' marbut
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: fisheye on April 04, 2013, 07:15:41 CET
Quote from: bmamo on April 03, 2013, 19:59:51 CET
Ibatuli pm jekk jogbok in numru ta baghira. Grazzi ta' l-ghajnuna. Issa nghaddi s'ghand ta' Bormla forsi jtini naqa ideat tajbin. Kumbinazzjoni kont se ntella dal weekend, halli nara naqa il qieh u hekk u ntih antifouling, u service il makna. Issa naraw nispiccax b'xi karru f'nofs ta' triq! Alla jibghata tajba!
Jekk ghandekk tigbed l-art igbed ghax rih qawwi gej min-12.00 tal-lum bil-weekend b'kollox, specjalment jekk m'ghandekx irbit sodd.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: Granitu on April 04, 2013, 08:02:36 CET
Quote from: fisheye on April 04, 2013, 07:15:41 CET
Quote from: bmamo on April 03, 2013, 19:59:51 CET
Ibatuli pm jekk jogbok in numru ta baghira. Grazzi ta' l-ghajnuna. Issa nghaddi s'ghand ta' Bormla forsi jtini naqa ideat tajbin. Kumbinazzjoni kont se ntella dal weekend, halli nara naqa il qieh u hekk u ntih antifouling, u service il makna. Issa naraw nispiccax b'xi karru f'nofs ta' triq! Alla jibghata tajba!
Jekk ghandekk tigbed l-art igbed ghax rih qawwi gej min-12.00 tal-lum bil-weekend b'kollox, specjalment jekk m'ghandekx irbit sodd.


bil majjistral tal pieta mux support ghandu nkwiet nahseb
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: baghira on April 04, 2013, 08:28:57 CET
In numru tieghi huwa 79703248 mamo.
Qabel tmur ghand ta bormla l-mosta kejjel il-fond ezatt halli jaghmillek ix xoghol tal qies. Ghidlu l-post fejn qieghda u x tip ta dghajsa ser torbot.
Nisperaw li ma ghadekx il-mazzra jew il-hadid tahha spiccuti.

Shanook ahna ghal dan il-weekend hux jekk ma jkunx qed jaqleb kull ma hemm ghax grigal gej. Isma ghada cempilli halli niftehmu..
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: shanook on April 04, 2013, 09:01:25 CET
Iva imma nahseb li maltemp ha jkun bil grigal Issa naraw. Jekk maltemp ingib bicca figolla u kafe u nahdmu fud dik li tkellimna u naqra xolfa. Lil mambo baghatulu  il mob tieghek.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: shanook on April 04, 2013, 09:04:05 CET
@ mamo toqodx tinkwita kif ser taghmila. importanti kif qallek baghira, kejjel il fond u halli fidejn ta bormla.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 04, 2013, 10:31:08 CET
Ok, jien issa is sibt ghandi ntella suppost, u nkun nista nibda nahsiblu bilmod ghal kollox ghax kollox f'daqqa gieni! Mela issa nara naqa kemm ghandi fond billi nkejjel il habel li tellajt, u mmur ghand ta bormla u nara xi jghidli. Xhin ikolli kollox f'idi lest, incempillek naqra baghira halli niftemu.

F'kaz li spiccuta l-mazra jew il-hadid taghha x'jirrikjedi mbad? Ma nahsibx li spiccuta ta ghax il habel li sibt maqtuh.

grazzi l-kulhadd.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: malvizzu on April 04, 2013, 11:31:20 CET
Importanti wkoll li tiehu kejl mill-wicc tal-ilma sa fejn se tqabbad il-habel mad-dghajsa specjalment jekk ghandek dghajsa gholja hafna minn quddiem.

Jien ghandi din is-sistema: mazzra - xikil - katina twila 1.5m - xikil - swivel - xikil - zewg hbula bir-radanci - barbetti (holqa) fit-tarf tal-hbula. Jien id-dghajsa norbotha b'zewg hbula minn quddiem ghal aktar safety. Mal-parti ta' fuq tal-hbula norbot habel iehor li jkollu baga mqabbda mieghu.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: ganni on April 04, 2013, 13:17:05 CET
Mhux il habel li nqatalek trid tkejjel imma il fond. Ma tafx x'paspar ta qablek u kemm kellu kalum u jekk kienx hemm katina... ga ngdimt darba, mhux ahjar tivverifika int.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 04, 2013, 14:15:50 CET
Kollox gdid namel, u nkejjel il fond ukoll. ahjar ikolli rasi mistrieha. Nispera ir rih tal-lejla ma jghamillix xi wahda imma mux suppost jaffetwa il pieta'
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: baghira on April 04, 2013, 14:45:42 CET
Hekk hu... tajjeb wisq..

Jekk il-mazzra spiccuta :'( :'( :'( :'( Imma ma nahsibx li il kaz.... Ghax kieku ghandek xi 300euro mazzra. Skond il kobor.

Tajjeb dak is-swivel malvizz.. ma tantx jaghmluh ghax expensive..
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 04, 2013, 14:49:40 CET
Jien li norbot poppa w pruwa, hemm bzonnu swivel? Jew nara x'jghidli ta' Bormla nsomma filkas.
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: malvizzu on April 04, 2013, 15:08:01 CET
Quote from: baghira on April 04, 2013, 14:45:42 CET
Jekk il-mazzra spiccuta :'( :'( :'( :'( Imma ma nahsibx li il kaz.... Ghax kieku ghandek xi 300euro mazzra. Skond il kobor.

Il-mazzra jista' jaghmilha hu stess u mbaghad ihallas biss tat-transport (jekk ma jaghmilix fuq xi moll fejn jorbot) u ovvjament tas-servizz tal-ghaddas.

Quote from: baghira on April 04, 2013, 14:45:42 CET
Tajjeb dak is-swivel malvizz.. ma tantx jaghmluh ghax expensive.

Jien bilfors kelli naghmlu ghax fejn norbot id-dghajjes kollha marbutin minn quddiem biss u jekk ma jkollokx swivel meta d-dghajsa tibda ddur skond l-irjihat jibda jistira l-habel, jiqsar u jaghmel hsara sew il-habel innifsu u anke d-dghajsa plus li d-dghajsa tiehu aktar daqqiet bic-caqlieq!
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: baghira on April 04, 2013, 22:44:56 CET
hekk hu malvizzu... filkas ta mamo ma ghadux bzonnu
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: shanook on April 05, 2013, 07:45:27 CET
Jekk qied poppa pruwa kejjel minn mazzra ghal ohra ukoll
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 05, 2013, 09:45:23 CET
poppa mal-moll
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: shanook on April 05, 2013, 13:15:37 CET
ah Ok
Title: Re: Tigdid ta' l-armar tal-mazra
Post by: bmamo on April 05, 2013, 13:37:54 CET
pero grazzi tal-intervent :)