• Welcome to Malta Fishing Forum.

Sajd ghall-Imsell

Started by ronaldosajdbis, November 16, 2016, 07:18:11 CET

Previous topic - Next topic

ronaldosajdbis

Lejn l-ahhar ta' Ottubru u fil-bidu ta' Novembru fittixt l-imsell, ghalift bil-makkarell tal-bott imma ghalxejn. Veru li Settembru huwa l-ahjar xahar biex issibhom, imma intom x'tahsbu? Mort tard ghalih, jew ghadek issibhom? >:(

lazyfisherman

Hafna snin ilu kont immur ghalijhom b'cattra zghira xi mitt metru l-barra mill art - konna nistadulha lejn l-ahhar ta Settembru sa qisu nofs Ottubru. Imbaghad kienet tnaqqas hafna imma kienet tibqa ddur fil port fi kwantitajiet izghar anke sal bidu ta Dicembru. Imma kif ghedtlek dan kien zmien ilu. Milli jidher l-imsell naqset ferm, izda dawn l-ahhar snin ftit li xejn mort nistad u ghall imsell qatt ma rgajt ppruvajt.

Granitu

Quote from: lazyfisherman on November 16, 2016, 21:16:19 CET
Hafna snin ilu kont immur ghalijhom b'cattra zghira xi mitt metru l-barra mill art - konna nistadulha lejn l-ahhar ta Settembru sa qisu nofs Ottubru. Imbaghad kienet tnaqqas hafna imma kienet tibqa ddur fil port fi kwantitajiet izghar anke sal bidu ta Dicembru. Imma kif ghedtlek dan kien zmien ilu. Milli jidher l-imsell naqset ferm, izda dawn l-ahhar snin ftit li xejn mort nistad u ghall imsell qatt ma rgajt ppruvajt.

Zgur li qed tghid? N naha tas south sa xaghar ilu mifquh msell kien..
Good season so far.....

lazyfisherman

Meta kont immur jien, qisu sa nofs Ottubru normalment konna nistaduh hekk - issa jekk konna ntawwlu xi ftit iehor meta t temp kien jippermetti jista jkun ukoll, ghax issa ghadda hafna zmien - wara kollox jekk kif ghedt int, xahar ilu kien mifquh bl-imsel, qed nghidu l-istess zmien ghax xahar ilu nofs Ottubru kien.....jekk ma naqsitx daqs kemm tawni x'nifhem tant ahjar .. forsi nerga nithajjar u stagun iehor nippruvalha!

ronaldosajdbis

Nahseb li jien hallejt daqsxejn tard. M'hemmx x'taghmel, kont imhabbat. Nistennew sena ohra ghax mejjet ghaliha ghax jien hut niekol mill-inqas, imma l-imsell, ma nafx ghaliex, insibha tajba hafna mixwija.