• Welcome to Malta Fishing Forum.

Tips on sawrell

Started by Freeman, June 09, 2008, 07:20:10 CET

Previous topic - Next topic

Barakus

hello jista xi hadd jaghjdli x tip ta snanar tuza as sawrell ta limperjal u xi hxuna ta xlief plssssss ????snanar 6 tajbin jew zaghr ?? u xlief 25mm ??? jew kollox hazin ghandi. ghawn xi qalb tajba  ??? ??? ???

toploader

aw xahad qalbu tajba jaf min fejn et jinqabad naqa sawrell ta l-imperjal

Kevin G

kulimkien sihbi, bahar dis-sena miksi. sa qata ta 200+ wahda rajt darba minom!!  in naa tal port il-kbir nqabdet il-mistra nqabdet ukoll
The Sea Sweeper :D

Granitu

fish farms mal bagi l ahjar habib
Good season so far.....

malvizzu

Quote from: Granitu on August 03, 2011, 21:50:13 CET
fish farms mal bagi l ahjar habib
Mela din is-sena veru mishut jien ghax lanqas messa ta' wahda ghadni ma hadt minn San Pawl il-Bahar. Kulhadd jghid li hawn hafna sawrell izda das-sajf brodu. Uzajt ma nafx kemm il-tip ta' lure differenti u speed differenti izda ghalxejn. Uzajt ukoll lures li s-sena l-ohra anke 17 f'darba qbadt. Stadejt ukoll mal-fishfarms naghlef ghalf tas-sardin u nilliska bicciet tat-tumbrell, izda kollu ghalxejn. Sawrell tahti u lanqas kas tal-liska.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

Granitu

#80
kemm qed tistad hxuna?

Jista jkun ikollok idejk mcappsin b xi petrol jew zejt meta tnizzel d dghajsa?

dis sena qed zzom iktar fonda u hemm hafna kacca mal farms. Hedjn s sena l ohra batejt biex qbadt 6
Good season so far.....

malvizzu

Main line .60mm 10 qamiet, leader fluoro coated .23mm 5 qamiet, lure minnow tal-Begabite madwar 4cm u comba 10 grams. Ikolli rixa ohra l-istess setup izda minghajr comba. Lures uzajt diversi tipi u kuluri u anke dud tal-lastku. Speed normalment nimxi xi 3 knots. B'din is-sistema s-sena l-ohra qbadt kemm-il darba, kif ghedt anke 17 f'daqqa. L-unika differenza hi li s-sena l-ohra kien ikolli 20 qama l-bahar u din is-sena ghandi 15-il qama l-bahar fuq suggerimenti li kelli. Idejja nkun certa li zgur ma jkollomx xi trip ta riha. Id-dghajsa tkun il-bahar.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

robby017

#82
ghax ma tarmax b zewg qasab irqaq u traqaq sew..... reels amilhom bit 0.25mm u leader tkun tista tnaqqas al anke 0.20mm jew 0.18mm..... x tahseb?
Scorpion 14.5 feet, Suzuki 60hp & Suzuki 6hp Aux.


Authorised & Licenced Fish Population Controller

Born to Fish, Forced to Work

ciappinu

Malvizzu, jien bhalek. Is-sena l-ohra xbajt nikol Sawrell min-San Pawl u il-Mellieha. Dis-sena bil kemm doqtom. Jien ili ma naqbad huta bir-rixa, insejt x'igifieri. Pero Sawrell hemm ghax ninzel ftit bil-harpoon, spiss rajt. Forsi m'hawnx il-kwantita li kien hawn is-sena l-ohra, jew ma nafx.
Seabrave 14 e-Tec 50hp

malvizzu

Robby - Il-problema li qed ikolli sikwiet hija illi l-leader ta' .23mm qed jinbaramli hafna u kwazi qed ikolli nibdel kull darba jekk mhux xi darbtejn jew tlieta waqt l-istess sajda. Nibza li jekk inraqqaq aktar ikolli problemi akbar. Nippreferi rixa fuq idi milli bil-qazba. Fiha aktar sensazzjoni u pjacir meta twahhal huta. Dik id-daqqa li thoss ma nibdilha ma' xejn.

Bejn il-main line u l-leader ghandi rotating swivel u ohra bejn il-leader u l-lure. Issa ppruvajt ukoll nahdem minghajr swivel mal-lure izda xorta kelli xi ftit brim. Ma nistax insolviha din il-problema. Problema ohra hija li meta ndawwar id-dghajsa qieghed nithabbel ta' spiss. Biex nevita xi ftit ikolli nigbed ir-rixa lura kwazi kollha mad-dghajsa fuq in-naha li nkun qed indawwar u mbaghad nerga' nitlaqa'. Izda b'hekk qed nahli hafna hin. Sincerament qattt ma kelli dawn il-problema meta kelli l-frejgatina.

Rigward is-sawrell ma nafx x'qed jigri. Din is-sena kulma qbadt huma xi 12 kahli (li kwazi kollha tfajthom lura ghax kienu zghar) u 8 lizzijiet ta' size passabli.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

robby017

jekk ed tuza lure, mandekx ikollok ebda brim ax dik tghum dritta! jekk qieghed tuza metalla/spinner, kun cert li swievels ed jahdmu sew u laxki qabel tuzahom ax jekk ikunu qiebsin, al xejn.

jekk ed jithablulek meta ddur, jew ghandek 1 itwal mil l ohra jew inkella edin jghumu fl stess livell u qed iddur f daqqa u mhux fit tul......
Scorpion 14.5 feet, Suzuki 60hp & Suzuki 6hp Aux.


Authorised & Licenced Fish Population Controller

Born to Fish, Forced to Work

malvizzu

Rob, din is-sena ghandi kollox gdid minbarra l-body tal-lures. Main line, leaders, swivels, krapar kollox gdid. Peress li nkunu jiena u missieri, ir-rixa tieghi tkun bic-comba 10 grams u ta' missieri b'xejn. Hafna drabi nuzaw l-istess tip ta' lure. It-tnejn ikollna hafna brim, u kif ghedt qabel, gieli bdilt il-leader xi 3 darbiet f'nofstanhar. Bhala reha fil-bahar inkunu l-istess tul. L-unika differenza hija li jien inkun fin-nofs tad-dghajsa (centre console) u missieri jkun fuq quddiem. Mhux suppost taghmel daqshekk differenza. Biex ma nithabblux irrid nehodha hafna fit-tul. Meta ndawwar fil-qasir, xi hadd minnha jigbed ir-rixa kwazi kollha fuq id-dghajsa.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

Granitu

robby, l brim l iktar li jigi mill propellor!!!! nnota li barma dejjem tkun clockwise, d direzzjoni li jahdem l mutur biex jimxi l quddiem. Hawn swivels tajbin habba din il problema, pero m gahdomx fis suq. fil prezent qed nahdimhom jien ghalija.

Malvizzu, jekk ma toqghodx il boghod minn hal tarxien, cempilli wahda filghaxija l garaxx nkun nirfina fuq d dghajsa. Narmalek zewg rixiet fuq idejk bil lures, b harira .18mm u set-up li ghamilt jien biex nevita din il problema, ubad kellimni jekk tergax tigrilek. Pero S sawrella dis sena Kibret ta veru u fiha siegha nejk - pero jien kemm naqbad 6 hutet ghal lixka nkun allura nipprova nhaffef biex naqbadhom. li hu zgur hu li Hzienet (saret Ha**e*a  :P). ukoll hdejn s sena l ohra n naha taghna hawn hafna strill mdaqqas

wara hafna zmien nipprova, jien sibt harira li ma titrembilx, pero ma tinbieghx Malta. L good news li ghandi kwantita minnha nista ntik ftit.

qed tithabbel meta ddur probabli ghax.
- ddur f daqqa
-tkala zewg rixiet l istess tul. Jien nhobb nkala wahda fil qasir u ohra fit tul. Wahda mir rixiet hija qasba (ghax nkun wahdi hafna drabi), ohra fuq idi. ta fuq idejja ntija ftit comb (100grms) halli

nistad ftit iktar fond.
jekk nkun ha nithabbel l harira tghaddi minn taht il lure - u nista ndur f daqqa ukoll

pero qed nuza rod holder ukoll u l qasba nohroga l barra kemm jista jkun halli nbieghed ftit bejn z zewg rixiet
Good season so far.....

robby017

jekk toqodu hekk ed tigu wisq qrib ta xulxin, jien tal parir li imqar xi hadd minkhom juza qasba ha twessaw ftit..... jew missierek ipoggi fuq wara, jekk centre console......  jekk ed ikollok il brim bil lures, ed isuq fast wisq al dik il lure partikulari u tithabbilek ax tibda ma thumx sew.... swievel, hux imbili gdid, kif missejtu mal bahar dahallu il melh fih..... xi swievels ed tuza? mil komuni?
Scorpion 14.5 feet, Suzuki 60hp & Suzuki 6hp Aux.


Authorised & Licenced Fish Population Controller

Born to Fish, Forced to Work

malvizzu

Le swivels gappunizi tajbin (ma niftakarx l-isem).
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP