Tragedja ohra bla bzonn

Started by lazyfisherman, August 07, 2012, 17:36:13 CET

Previous topic - Next topic

0 Members and 1 Guest are viewing this topic.

roderick

GHal min qal li trid taghmel ballun kbir ,jien ballun b bandiere fieha metru twila u gimgha ilu san giljan kont qed nozz u x hin tlajt min qieh rajt jetskie gej ghal fuqi li ma tellajtx il harpoon u puntajtu ghall go fieh ma kienx jieqaf.

Anzi dawk tal yellow fun ta porto maso suppost jafu li jkun hemm kemm divers u kemm snorklers u xorta johorgu ghal alla li halaqom,allura bi qziez.

Mbad ghanna is sajjieda li kif jaraw ballun flok jaddu l hemm aktar jigu vicin biex jaraw  xghandek imdendell mal ballun.jekk mhux se jirrangaw il ligijiet kif ahna se nibqaw hbieb.

ballastbelly

I doubt reckless boat drivers have are much aware or concerned for themselves, their passengers or the skier dangling behind.at high speed if they hit a mooring line, or piece of wood, net etc even they can get badly hurt on the boat.

On our roads, education,signs & posters made no difference with reckless drivers.  The only results to be witnessed are in front of the islands speed cameras, where i can safely say without exageration that everyone obeys the speed limit.

Close by in italy, they have the barcavelox , the speed camera for boats. It is the best solution for everyone, as if you want to speed, simply go offshore till you are out of range of the camera & accellerate as much as you want. It also economically pressures boat renters to be more careful who they rent out boats & jetskis to.



http://www.flickr.com/photos/scasiso/7735619016/

http://corrieredelmezzogiorno.corriere.it/napoli/notizie/cronaca/2011/11-luglio-2011/barcavelox-vigili-dell-unita-marenovita-arrivo-la-sicurezza-mare-1901064162252.shtml

halop

sinjal ta konz mmarkat bil gps tmur alih ma tkunx adej bxi speed ma jkunx bahar zejt tasal mijaw u gili jhabtek biex tarah.. mhux bil fors tkun daqshekk safe ax bil ballun .meta taghzel il post fejn ha tghum ara li tkun safe meta tamel pjan li ha tmur tghum skond il gurnata nhar ta hadd  tevita li tghum il barra tnaqas ic cans u tevita li tghum ma ponot u li kullhadd idur mijak
marino atom 450 honda bf50 aux honda 5....

Marenostrum

Jien mhux dilettant ta l ghadds imma nhobb nghum l aktar. immur nghum il qajjenza bizebbuga u l aktar haga li tbezzani huma d daghajjes. minhabba l problema ta freeport tnehhew xi mazzri u zdiedu d dghajjes l qajjenza tant li kullimkien mazzri fejn suppost tista tghum. allura hemm mhux swimming zone. ghax ftit iehor ma jkunx hemm fejn tghum. u jien allura biex nghum biss irrid ngorr ballun!  ghax kull daghjsa li tigi lura mill gurnata divertiment li jkun ha sidha jidhol sparat qrib l-kosta. u ohra jien nghum irrid u mhux kemm ninzel nxarrab saqajja jekk ma nsibx xi habel mal blat li jista iwaqqak!

Marenostrum

fejn  nista ncempel please biex nistaqsi jistawx jorbtu dawn id dghajjes ghax darba qalu ha nnehulhom kollox minn hemm u baqa ma sar xejn.

malvizzu

Quote from: octo hunter on August 08, 2012, 17:12:42 CET
Ghaliex minn bajja enormi nofs tuzzana metri ghall-ghawwiema u l-bqija ghad-dghajjes?

@Octo hunter – hemm l-eccezzjonijiet ghalkemm nahseb fejn se nsemmi hija l-eccezzjoni f'Malta u Ghawdex kollu. Ejja sal-Barracudas, San Pawl il-Bahar, u tara swimming enormi biex kulma juzaw minnha hija parti z-zghira madwar il-pitch tal-waterpolol. Ghamlu ohra ferm izghar taht l-ghar tal-Vecca. Ftit hallewlna spazju fejn inzommu d-dghajjes u kulhadd go xulxin. U bil-wicc vili kollu ssib xi erba' ghawwiema jghumu barra s-swimming zone fl-uniku post fejn tista' titrakka dghajsa. Ghax lanqas fejn nitrakkaw sura ta' nies m'ghandna hlief ma' ponta kollha blat ippuntant. U biex tkompli tghaxxaqha imorru jixxemxulek fuqha wkoll halli lanqas tkun tista' tnizzel l-affarijiet minn fuq id-dghajsa jew tghabbi lil xi hadd. U dan meta ghandhom moll kbir bis-siment u lixx. L-ardita tirrenja f'dan il-pajjiz.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

lazyfisherman

Swimming zones ma humiex hemm biex taghlaq in-nies gewwa fihom. Kulhadd ghandu dritt jghum fejn irid u barra min dawn is-swimming zones (imbarra xi postijiet fejn il-bahar mhux tajjeb, go marinas etc) u ghandu dritt li jkun protett minn dawn il-hafna keshin isuqu bl-addocc - ovvjament imbaghad tidhol is-sens komun - ma jistax ikun li toqghod tghum hdejn xi slipway u mbaghad tgerger ghax ser jolqtuk l-ingenji!

Izda l-ligi cara daqs il kristall - jekk qed isuq dghajsa eqreb min 200 metru lejn ix-xatt (jew 300 lejn ramla) ma tistax taqbez 10 knots - u dan il-maximum - jekk qed tara nies jghumu jew hemm hafna ingenji etc trid tnaqqas - din suppost jafha kull min qed isuq dghajsa. Mela kull min isuq b' velocita akbar (u hemm hafna u hafna min dawn) qed jikser il-ligi u aktar min hekk qed jipperikola il-hajja ta haddiehor. Hemm bzonn hafna u hafna aktar enforcement u pieni aktar horox.

octo hunter

Veru eccezzjoni ta ta' san pawl il bahar. Biex tghum go toqba mmur go swimming pool jonqos. Speed cameras fuq il bahar bomba kieku pero nippreferi kieku tad dghajjes jitghallmu jirrispettaw il ligi minghajr infurzar zejjed li jdejjaq il kulhadd. Biex immur ghal huta fix xitwa biss sirt ninzel ghalkemm anke hawn problema ghax hlief pariti ma ssibx. Soluzzjoni iebsa f dal pajjiz fejn kulhadd jaghmel li jrid.
The sea is blue, beautiful and wonderful.Look at it, livein it and respect it.

EmicMalta

Kondoljanzi al familja tijaw. Ma nafx x hinijiet kien qed jowm, pero is sikka ta zonqor hija wahda mil iktar traffikuza u dawk linhawi bhal dan iz zmien huma xi ftit iktar ta min jwarrabom. Mhux qed nati tord lil din il persuna, anzi la kienet bil ballun skond il ligi (anke dil ta l EU) kellu kull dritt li jowm. Jien nowm ukoll u nixtieq li kieku jkun hemm nies li jzommu il boghod mil float imma kawza mitlufa.

Meta nkun bid dajsa jien nowm b 2 floats tondi ax dawn l iktar li hawn jidru, u xorta f certu sitwazjonijiet difficli tarahhom tkun fuq dajsa. Nbad meta nmur mil art l unika haga li sibt tider hija il plancetta bil bandiera kbira. Xi ftit iktar ingombranti, pero tara id differenza.

Ftakru li ahna nkunu min taht, jigri x jigri

The_Gaffer

Naqbel mal-kumment ta Emic hawn fuq.  Il-Bierah kont gej mid-direzzjoni tal-hofriet ghal port, u fuq-is sikka tal Munxar xi 300mtr il-barra mill kosta kien hemm wiehed jodos, bill-ballun bil-kemm jidher minhabba ic-cafciefa tal bahar!.  jien nahlef li rajtu ghax dak il-hin kont qed insuq mill-flybridge.  Nahseb li kieku kont isfel kien ikolli difficulta biex narah!.  jien ghax familjari mas-sikka, u naf li dejjem ikun hemm l-ghaddasa, nuza l-prudenza u nsuq b -attenzjoni kbira.  Imma minn mhux familjari?, ikun 300mtr il-barra minn max xatt (allura qed issegwi l-ligi) u ghaddej xi 30kts, u hemm ic-cafcifa?...x'ser jigri l-ahwa? - Dejjem qed nitkellem fuq is-sikka tal-munxar hawn OK, ghax din hija 800mtr l-barra mill kosta.  Ghax bnadi ohra, iva, gieli nara speedboats ghaddejjin ghal alla tahhom mal-ghaddasa!.
Beneteau Antares 9.80 - Powered by twin Volvo Penta D4 225HP
     _\____
       /___ \
___ /_____\_______
|_______________/

rodfar

dalghodu stess kont ghaddej mix-xghajra u qisu 50m il-barra kien emm wiehed jghodos minghajr ballun. kull ma kellu l-ahhar 5cm tal-pipe bil highlighter, imma fic-cafcifa bilkemm kien jidher

EmicMalta

Quote from: rodfar on August 11, 2012, 10:09:59 CET
dalghodu stess kont ghaddej mix-xghajra u qisu 50m il-barra kien emm wiehed jghodos minghajr ballun. kull ma kellu l-ahhar 5cm tal-pipe bil highlighter, imma fic-cafcifa bilkemm kien jidher

nahseb ma tanc dam hemm barra  ax wahdu johoda it talima