sajd ghax-xilep

Started by ronaldosajdbis, November 25, 2013, 07:17:38 CET

Previous topic - Next topic

0 Members and 1 Guest are viewing this topic.

ronaldosajdbis

Ghandek ragun, Zabrott. Dak kien zmien anki aktar minn 30 sena ilu! Kultant nghid kemm gejna tard, jahasra! Iktar ma ghandna biex nistadu llum, anqas issib hut! Niftakar qabel kulhadd kien jahdem xi kaxxa tal-injam fejn ipoggi x-xolfa u fl-istess hin ipoggi bilqieghda fuqha, bramel tal-plastik xejn jew ftit li xejn ghax kulhadd f'xi landa, jew tal-kunserva misbugha jew xi landa gholja ghall-ghalf. Staqsejt lil missieri x'harira kienu juzaw it-tarag ta' Lazzarett, qalli li kienu juzaw il-.25mm. Meta ghedtlu qalli: 'mur tellghu minn hemm isfel bl-.14mm daqs dak gbid!' Verament kellu habta u kien wiehed mill-aktar li jaqbad. Min jaf kemm mort b'entuzjazmu nhallatlu t-trab li kont insib fil-post biex nissodalu l-ghalf biex jinzel shih. Niftakru jghalli l-laham li kien jiddobba u jikkapuljah ghal mal-ghalf! O zmien helu kif ghaddejtli. Issa llum irridu noqoghdu ghalli ghandna, hux veru?!

Granitu, veru, din tal-fish-farms ili nismaghha wkoll ghax jghidu tghidx kemm jaghmel hsara fil-qiegh tal-post. Il-progress, hux?!

Zabrott

Meia xinu .il hut qabel nahseb li kien ami ma jarax ,harira kujhad btall- fekruna memx argumenti .Lazaret kien wiehed mil laqwa postijiet li kien ghawn ,min hemm min kollx kien jiqabat ,mulett,zabrott,hribex,vopi ,imsell,xilep basta kien ikun hemm kurrent tajjeb .
Perezempju filodu ghall hribex  imbat jaqta naqra u jigi il mulet u x xilep u filaxija jigi zabrot sabieh u fic car ta ,konna nalfu naqra izjed u idendel go dardira ta lalf u min kien ikolu xi naqra gambli kienet tmissu iktar.
U trid tarana kulhad jiftah il vazetti tal GOBON ta min ifuh liktar u il lum ghadni nalef bih u ma jigi xejn ,ara naqra kief spicajna ta gili nibda nitkellem wahdi ,dik li iddendel u tila bil hobz kbira ta .Immur il bahar ghax veru tkun go fik ,bhalisa naqra ibies ghall hut .mort naqra il had li ghada hriebex daqs platina bdejt naqbat kullu harabtu
mela dak hut ta bhalisa.
Jien mux noqod inwahall fil parit ghax dak min dejjem kien jintefa ,ima sahseb li il fish farms wiehed mil fatturi

ronaldosajdbis

Probabbli ma kienx imfissed bhal-lum. Ilbierah, almenu, irnexxielna naqbdu tuzzana u nofs mulett imdaqqas minn San Gorg, barra li harbulna. Konna ilna xi gimaghtejn ma naqbdu huta sura.  Veru ta' bla hsieb, ghax bil-maltemp li kien ma kontx sejjer, imma gennieni ibni u meta rajtu daqshekk herqan u qaghad jinqala' minn Hal Qormi, cedejt, ghalkemm wissejtu li bit-temp li kien, ma kontx niskanta li konna se nqattghu nofs ta' nhar nistkennu fil-karozza. . . u mn'alla ghax veru hadna pjacir, anki ghax kif wasalna waqfet ix-xita u l-bahar kellu dardira tajba hafna. U n-nofs ta' nhar ta' filghodu harget gurnata mill-isbah u kwazi kienet is-shana. Imbaghad ma' nofsinhar bomm rega' l-maltemp. Imma morna d-dar ftit aktar kuntenti mis-soltu, veru mxarrbin xi ftit, imma ma jimpurtax! Materjal uzat: xlief b'zewg .18mm Ninja (mhux fluorocarbon!), hobz u gobon ghall-ghalf (ghandu xi 10 snin!) u xi raxxa hafifa hobz tal-Franciz kultant, u hobz maghgun bil-gobon ghal-liska! Xejn specjali! Bhall-antik! Meta jkun irid, iftahlu! Episodji bhal dawn igieghluk tibda temmen ftit mill-gdid li fadal ftit sodisfazzjon f'dan il-passatemp.

Zabrott

Il bierah mort naqra jien ukoll ,peres li kellu mil grigal mort naqra ghall hribiex ,missewn naqra ima kollu zghir ma qbatx wiehed naqra sabieh kollu tlaqtu lura ,domt nistaporti forsi jithol xi wiehed sabieh u kien hemm fejn imisni xi wiehed ghax kelli naqra kalbu sabieh .Ghall habta ta laxra kelli inzarma ghax qalani il bahar

ronaldosajdbis

Heqq, m'hemmx x'taghmel, siehbi. Better luck next time! Anki jien min jaf meta se nerga' niehu ftit pjacir! Ghax illum hekk: wahda tajba, u hamsa hziena! Ghandi zewg postijiet f'mohhi n-naha tal-Isplash and Fun u Selmun rrid immur nara x'joffru, imma huma daqsxejn ibsin biex tilhaqhom u bhalissa, zmien il-maltemp, ma tixtieqx tispicca tiehu xi tixriba tajba, la ma jkollokx il-karozza vicin. Billi tkun traxxax ma jimpurtax, anzi niehu pjacir biha. L-aghar meta tkun qawwija fit-tul, ghax ixxarrablek kollox u ma thallikx tissetilja. Imma qabel irrid immur naghmel ftit tkixxif biex nara kif se nasal u x'lokijiet joffru ghax ma jidhirlix li qatt rajt nies jistadu hemmhekk. Issa naraw il-Hadd kif ikun, avolja s-Sibt xoghol sa xis-2am u nkun irrid nahseb f'xil-hamsa biex nilhaq lok.  Lanqas jghaddili minn mohhi li nitlifha darba fil-gimgha, jekk ikun possibbli, avolja tista' tahseb kif sa nofsinhar tal-Hadd naqa' zorba!