l-imsell beda bhalissa u al xix tista tistad aktar bhalissa mill-art?
kont se nistaqsi l-istess mistoqsija : xi ħadd beda jara imsell jew? u x'daqs hu?
Jien s'issa għadni ma rajtx...
msell bid dghajsa qed naqbdu kemm irridu. jien nistada 500m barra mill art kulma naqbad 10 al lixka pero dejjem nara qtajja ta 70-80 wahda
aw kocc kavalli ukoll al min jinterssah
Grazzi, id-dieħla nipprova mill-art b'tar-reel ghalihom u naraw.
Kavalli hawn mux hazin din is sena fihom ftit moghdija taz zmien.
qabel ma mmur għall-imsell aħjar nikkonferma għandix kollox sew... mela -
ħa nistad b'tar-reel ħalli nkun nista nitfa ftit il barra u forsi ninzerta xi imsella naqra akbar, għandi sufrun boċċa 50 grams, imbaghad xlief ta' madwar 50 cm nylon 0.22mm u sunnara 10. X'tahsbu?
il-hxuna tal-lenza fir-rukkell ma nahsibx li taffettwa hafna ux?
Issa, kont qed nithajjar nistad bil-bacon, u ghandi 2 mistoqsijiet zghar -
1) dak bil-grass tal bacon biss tistadilhom jew anke bil-bacon stess?
2) u kif l-ahjar tilliskah?
Grazzi
ma taghmilx effet bl opinjoni tieghi biex tistadlu, pero kun af li l msella tmiss lixka zghira hafna biss!
jien ponta zghira ta xi mbarazz bhal gilda ta kavall u ekk li jkolli fuq d dghajsa dak l hin u nuza kemm ikolli xi haga fuq l ponta tas sunnara.
sunnara anke izghar ikunu tajbin pero harira nipprova nraqqaq naqa iktar .16mm - .14mm tajjeb
Grazzi, mela issa nipprova namel ftit xolfa irqaq u b'sunnara izghar, u nilliska bi ftit bacon jew hniex tal-korea.
xi ħadd ra imsell qrib l-art jew ghadhom 'il barra?
adni lanqas rajt imsell sissa .. imma sawrell ijwa ta =D
imsell aw ma l-art u kbar ax rajt illum hbib ;)
sakhem tarhom xi lampuka.
manahsibx li lampuka ha tidhol sliema creek robby :P
ajjat hafna
jekk ma ssibx x tiekol barra tidhol kris...... kieku nghidlek, kien hemm sajjieda dawwru ma l 20 kaxxa lampuki (kavvetti ta l injam kienu ghadhom) min quddiem il bajja tal mistra temmini? Kienu raw l lampuki twaffar, rejxula, qabdu wahda u dawru x xibka ma dik li qabdu...... ma nafx jiftakarax din l bigboy..... fin 90's kienet....
ijwa sihbi adom jsemmuwha ;)
Min quddiem il bokka tal port ta marsamxet gili dawruwha ukol ;)
naqbel makom...da l-istagun stess rajt l-lampuki tigri wara l-mera xi 200m mil-art biss in-naha taghna. Rigward al-imsell li rajt kinu il gewwa minn tal captain morgan...