The_Gaffer
Senior Moderator Team
Active User
   
Offline
Posts: 2165
Jeaneau 585 Merry Fisher 'Marlin' with Honda V-Tec
|
 |
« Reply #1 on: July 03, 2009, 14:20:31 CET » |
|
Trojsi: Sajda li gibli hafna memorji sbieh tieghi w ta missieri. Mindu kont zghir (illum ghandi 45), dejjem hrigt mieghu ghal din is sajda u tghallimt hafna minghandu. Jien nissugerielek tarma l-friehi bit 18, jekk ikun flourocarbon ahjar. Uza ferha ta bejn 10 pulzieri u pied, marbuta mal paternostre ta 26. Snanar l-ahjar tal-qazba twila, jew size 6 jew 4. Ftakar, sargu jigi u joqod ihares lejn il-lixka. Jaf ittik daqqa wahda biss. Kif tara hekk, aqbad il-moqdief u siejja wahda bil mod. Bhekk, tiftah il friehi min mal harira, u ticcaqlaq naqa l-liska. Stenna gibda ftit wara. L-ahjar liska li konna nsibu kien ikun l-ixkall haj. Illiskah min dembu u niffed is sunnara min bejn sidru, ipprova zommu haj, ha joqod jiccaqlaq fuq is-sunnara. Jekk sejjer fil-port il-kbir, ipprova hdejn id-dwana l-antika, ix-xatt tal belt, faccata tal ponta tal-isla. Hemm kien ikun tajjeb. Goodluck, u ghidilna kif mort.
|