Sargi b'tar-reel

Started by ronaldosajdbis, August 14, 2015, 11:49:36 CET

Previous topic - Next topic

0 Members and 1 Guest are viewing this topic.

ronaldosajdbis

Nixtieq nibda nistad ghas-sargi meta jkun bahar imqalleb b'qasba tar-reel ta' madwar 6 jew 7 metri. Tafu tghiduli jekk qasba tat-tip Bolognese hix adattata jew hija ratba wisq ghas-sajd tas-sargi, anki biex forsi nkun nista' ninzel fil-hxuna tal-harira ghalkemm dan huwa riskjuz ? Ma nixtieqx qasba b'ferh iebes izzejjed imma lanqas ratba hafna. X'tissuggerixxu?

Pagellusn

Jekk ser tmur min fuq lart f postijiet sa 5m fondi tista tuza qazba normali li tkun 6m twila izda jekk sejjer fpostijiet aktar fondi lahjar hu li tarma qasba tar reel.jien intik parir li jekk ghadek tibda arma qasba normali u ara kif tmur ,sargi jinqabdu anke go metru ilma laqwa li tkun armat sewwa ghax hija huta makakka

ronaldosajdbis

Grazzi tar-risposta u fuq il-parir tieghek se niehu kollox in konsiderazzjoni. Grazzi mill-qalb