Xi 6 snin ilu kont fl-istess pozizzjoni tieghek meta gejt biex niddeciedi nixtri dghajsa u mutur godda

Jien ghandi Petecraft 14 b'mutur Evinrude ETEC 50HP u s-sena l-ohra wahhalt ukoll Johnson 8HP bhala auxiliary.
Li nista' nghidlek hu li peress li ghandi ftit toqol fuq wara, min ikun mieghi irid bilfors joqghod fuq quddiem. Bhalissa qieghed nikkunsidra li naghmel hydrofoil mal-mutur biex jghinni nipplenja aktar malajr. Naghtik parir ukoll li t-tank tal-petrol taghmlu quddiem izda kulma joqghod huwa wiehed ta' 22L jekk ma ssibx lil xi hadd jahdimlek wiehed tal-istainless steel u jiffitjah hemm. Jekk se taghmel tank akbir taht il-console kif ghandi jien (45L) allura l-console trid taghmilha fin-nofs u mhux fuq genb ghax inkella d-dghajsa tigbidlek aktar lejn gemb wiehed.
Mill-mutur ma ngerger xejn u ghalkemm huwa sistema ta' 2-stroke, huwa direct injection, u huwa ekonomiku immens daqs il-4 stroke. Ma naghtikx parir taghmel 40HP zgur fuq tal-Petecraft ghax id-dghajsa minnha nnifisha diga tizen 300kg u jekk tkun aktar minn persuna wahda plus affarijiet ohra tbati zgur.
Minn l-ahwa Mario, Chris u Simon tal-Petecraft zgur li ma jkollokx indiema u sibthom ta' ghajnuna kbira meta gejt biex nixtri u anke llum il-gurnata li sirna aktar hbieb milli bejjiegh u klijent. Ghandhom xoghol professjonali u ta' kwalita kbira.
Fuq dghajjes Seabrave tal-Kaptan ma nistax nikkummenta ghax qatt ma soqt wahda. Izda il-Kaptan 14 Twin, il-mudell ta' qabel is-Seabrave, ifahhruha hafna u kulhadd jghid illi hija dghajsa ghawwiema hafna. L-ahwa Johnston u Cedric huma mill-ahjar hafna u zgur li jaghtuk parir utli wkoll. Forsi xi hadd mill-Forum li ghandu Seabrave jista' jikkumenta aktar.
Fl-opinjoni tieghi dghajjes zghar bhalma huma tal-14' xi ftit jew wisq kollha jsabbtu u min ikun fuq quddiem jiehu dawk l-iskossi specjalment meta jkun hemm ic-caqliq. Jekk joqghodulek fuq wara aktar ikun difficli biex jipplenjaw, aktar u aktar jekk tiddeciedi li taghmel il-console fuq wara u mhux fin-nofs ghax it-toqol se jigi kollu lura.
Awguri dejjem ghal li tixtri!