Lampuki Season 2012

Started by aidanxuereb, August 07, 2012, 16:04:07 CET

Previous topic - Next topic

0 Members and 2 Guests are viewing this topic.

malvizzu

Naqbel hafna mal-kummenti ta' Bo. F'kummenti antiki tieghi fuq il-forum kont ilmentajt li kien ikolli hafna brim, u dan bi 3 knts. Irrimedjajt xi ftit billi ghamilt swivel ohra mal-lure apparti dik bejn il-fergha u l-medda. Gieli anke fuq harira 0.40 ikolli brim.

Klamaretti kif qal BigBoy uzajt kemm-il darba, u kuluri differenti, homor, roza, silver, bluni, izda qatt ma qbadt xejn fuqhom. L-ahjar li sibt huma hut tal-MegaBait jew grub (dudu tar-rubber) abjad. Jien dejjem fuq idi nrejjex.

Rigward hut fil-bahar, nahseb Bo ghandu mitt elf ragun. Lejn San Pawl il-Bahar, il-hut spicca. Meta nara fuq Mr Fisherman postijiet bhal Freeport, il-Port il-Kbir u ohrajn fejn jinqabad hut ta' daqs sabih, anke meta nara ritratti ta' xi whud mill-membri fuq il-forum jew facebook, nasal nikkonkludi li l-akwati taghna spicca ghal kollox.

Jien l-istess gbajt inqum kmieni ghal xejn u ninkalja fix-xemx biex lanqas tiehu messa. Bo jien dghajsa t'14-il pied ghandi b'mutur wiehed u l-istess ma nissugrax nohrog esagerat il-barra.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

bigboy

Jien ma nafx b rixa bajda qatt ma jkelli brim..... u min gie mijej jaf li ma jinbarbumlix lili ;)

Saqsu daqxej lil fortuna xi jsarraf ir rix abjad ;)

malvizzu

M'ghandix dubju Big mill-kapacita tieghek :-) Izda min-naha l-ohra fejn tmur trejjex, ma nahsibx li tigi lejn San Pawl hux?
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

malvizzu

Quote from: bigboy on September 13, 2012, 12:47:26 CET
Meta mmur irrejex malart fis sajf ma nsibx ahjar min rixa tal kahli bajda ta 2 - 3 pulziri tul marbuta b harira 25. 6 qami 0.25mm umbad 20qama 0.40mm. ma jintuzax swivel u qas comb ma dan l armar u l ammont ta speci li qbadna hekk huwa bla numru ghax min kollox qbadna u anke hut ta sahansitra 4 kilos gibna. jien inhobb narma ukoll b qasab fini fis sajf u bil braid.
Allura kif ma jkollokx brim u lanqas tithabbel jekk ma jkollokx swivel u allanqas comba zghira. Jista' jkun li forsi ghax id-dghajsa tieghek wiesgha bizzejjed li meta ddawwar ma tithabbilx. Jew wahdek tkun qed trejjex? Jew b'qasab twal biex tkompli tbieghed rixa minn ohra.

Jien u missieri konna nithabblu hafna peress li d-dghajsa dejqa minn wara. L-ahjar metodu li sibt u li rixa minnhom naghmillha comba zghira u meta nkun qed indawwar nigbed il-medda kollha l-gewwa sa l-iswivel sakemm niddritta u mbaghad nerga' nitlaq.
Fastfisher 14 Open powered by Evinrude E-TEC 50HP & Johnson 8HP

benri

Malvizzu, qabel il-maltemp qbadt skoss minn naha ta san pawl izda nhar it-tlieta 2 biss! Nasal naqbel mal bigboy li qed taghmel jew tuza xi haga hazina! Il-problema li tellajt ilbierah imma jekk alla jrid stagun iehor jasal u ejja wahda mieghi forsi flimkien niskopru x'jista jkun qed taghmel hazin!
I'd rather be fishing.....

The_Gaffer

@Malvizzu - Importanti li tbieghed ix-xolfa tar-rix minn xulxin.  jekk kont qed taghmel hekk, bil-fors jithabbillek!  Il-Lampuki dis-sena kienet mhux hazin ghalija.  Jien ukoll hrigt nhar is-sibt, sad 9.00am kont ghandi ma hadtx missa, hlief ruxmata tunnag u tumbrell, kollha catch & release hlief it-tumbrell ghal lixka.  Fil-hdax missewni tnejn sbieh u gibthom, umbghadd rega kollox kwiet.  B'kollox qbadt erba. 
Kien hemm drabi fejn bdejt nara hafna Lampuki, imma ma riditx tmiss.  Ipprovajtilha bil-hajja ukoll.  Ghalxejn.  Jien wahhalt fil-kurrent.  Rih is-sibt ma kien hemm xejn, imma kurrent kien hemm hafna mill-art ghal barra.  Jista jjkun ukoll li tkun mgerxa, mismuta per ezempju.  Gieli taghmel hekk il-lampuki, tkun hemm, u ghar ragunijiet tahha ma tmiss.  Issa nerga mmur ghalija darb' ohra, umbghadd naraw. 
Beneteau Antares 9.80 - Powered by twin Volvo Penta D4 225HP
     _\____
       /___ \
___ /_____\_______
|_______________/

bigboy

malvizzu fuq idejna xorta ma nithablux. inti meta ddur iddurx bsahtek hux huda at tul.

bo

jien nhobb narma brixa wahda ghall lampuki .tghid qed naghmel hazin? ghax meta nitlaq rixa bitnejn jew tlieta meta tmisni il lampuki ndum biex  nehl ishom u brixa wahda ntella u nehlisa malajr u nerga nitfa  .xtahsbu?jien bdinghy nistad allura nkun mohhi fsunnara wahda biss.

The_Gaffer

Jien dejjem b'rixa wahda nistad ghal lampuki
Beneteau Antares 9.80 - Powered by twin Volvo Penta D4 225HP
     _\____
       /___ \
___ /_____\_______
|_______________/

shanook

Jien kont nistad b,sitt rixiet ghal lampuki u Iktar iva milli le li kont naqbad sitta sitta imma minn seba snin l'ghawn qed nistad b'wahda Jew tnejn ghax Sahha ta hut ma fadalx.
Fejn hu dak iz zmien meta ma konniex nohorgu mill port biex naqbdu il lampuki

bo

jien narma 5 qami 40 ,swivel u 15 il qama 50 .  nitlaq 20 qama , bkollox u gieli wara il 5 qami naghmel comba ta 10 grammi.fitarf jew klammarett roza brixa bajda go fih .jew lure tal yozuri ,jew klamaret abjad u gieli mar rixa nilliska bicca klamar u meta nilliska nsuq aktar bilmod.qed naghmel tajjeb?isnin ta qabel dejjem laqat xi lampuka imma disena xejn.biex nkun ghidt kollox 3 darbiet ghadni hrigt ghalijhom.

shanook

@bo ixtri bobbin tal plastic u improva bih. Ma nhobx nilliska mar rixa ghax town hazin. Jekk trid tuza lixka sannar lila dirett u uza running hook.

bo

gieli iliskajt hekk ukoll .grazzi shanook. mand min lahjar li nixtri bobbin? hemm xi daqsijiet jew kuluri?

shanook

bobin ma hemmx kuluri griz u silver.......minn ghand ta bormla il Mosta LOL

bo

mela ghada imur ninvesti fil bobin