Filming for Documentary

Started by debono4761, August 27, 2012, 20:51:22 CET

Previous topic - Next topic

0 Members and 1 Guest are viewing this topic.

The_Gaffer

Quote from: caldaland on August 30, 2012, 11:55:37 CET
hekk hu! ghalhekk ghandna naghtu appogg lil dawn l-ghaqdiet.

Ma naf xejn fuq dawn l-ghaqdiet jien.  Li jdejjaqni huwa li certu individwi juzaw il-forum biex jilhqu l-ghanijiet personali tahhom.  Il-forum beda fit-2006, kien bidu modest hafna, matul is-snin kompla jissahhah, biex hu l-forza li hu llum.  Biex wasal fejn qied illum, il-forum wasal hemm bis-sahha tal-membri tieghu, u bid-dedikazjoni ta xi individwi hawn li hadu hsieb l-interessi tal-forum qabel tahhom.  Il-Forum kien strumentali biex certu inizjativi li kullhadd jgawdi illum, kien il-forum li tkellem l-ewwel fuqhom ma l-awtoritajiet concernati, u qajjem l-interess.  Il-forum huwa b'sahtu hafna, ghax permezz tieghu jintlahqu eluf ta individwi, organizazjonijiet, ghaqdiet, u awtoritijiet.  Biss biss, il-forum huwa membru shih tal IGFA, organizazjoni dinjija, li l-vuci tahha tiddi mal- erba rkejjen tad-dinja.  Daqshekk hija b'sahhita l-forum.
Iktar ma jkun hawn fragmentazjoni ta' ghaqdiet, u vucijiet, iktar jinholoq tahwid biex minhu b'sahtu, jkompli jgawdi. 
Beneteau Antares 9.80 - Powered by twin Volvo Penta D4 225HP
     _\____
       /___ \
___ /_____\_______
|_______________/

Pauline Tuna

Gaffer...naqbel perfettament mighek....nixtieq u nzid li hawnhekk bil miktub ma jistax issir requests bhal ma qed jghamlu certu ndividwi li ghandhom xi forma ta ghaqda....nistaqsi....hemm xi tip ta dokumentazzjoni rigward din l-ghaqda jew kumitat jew organizzazjoni...id dritt li ghandhom fuqna deletant, u kif qed issir il moniteracc jew studju fuq impatt biologiku jew ta interess personali li jista jfisser hafna min wara l-kwinti....nixtieq li nzommu dan il forum ghad deletant u mux biex nipruvaw nimpresjonaw u naqblu jew ma naqblux...ghawnhek issir diskussjoni ghal gid u mux min hu wara dak u liehor u xjista jghamel....ghal dawk laffarijiet personalment nghid li ma ghandiex alfejn aqdiet privati, pero hemm min jarahom tassew u macertak li dawn laffarijiet qed issiru bir reqqa u skond il ligi....mhux ga la darba tikumenta izda trid tara xhemm wara l-proposti u lkummenti li qed issiru u jinghadu....tifukawx fuq haga wahda ax imbad tigi mifruxa fuq hafna sajd iehor...pero nghalaq biex nistaqsi....din il fish4 tomorrw, xtista tressaq quddiem il mejda biex ahna nemmnu verament dawn xqed joffru ta ghajnuna lílna deletant....huwa detriment jew huwa ta ghajnuna.....spjegazzjoni iswed fuq labjad jew forom ta dokumentazzjonijiet....

Pauline Tuna

Il forum huwa media wisq bsahhietha u qed ibza li qeda titlef membri minhabba l-indhil ta hafna nies li qed ifixklu il hiddma taghkhom li ghalijha nghidulkhom grazzi.....l-ilegalita nhalluwha fidejn min jifhem...il forum nhaluh ad deletant...u l-ghaqdiet li mandhomx xjaqsmu awn isibu olternativi fejn jireklamaw dak li qed jiproponu....NHALLU DAN IL FORUM AD DELETANT fejn fieh naqsmu lesperjenzi tas sajd li jsir lokalment kif darba konna nghamlu.....

The_Gaffer

Pauline Tuna  - ma nistax nabel ma dan l-attegjament.  Il-forum huwa wiehed publiku, u jien l-ewwel wiehed niddefendi d-dritt ta kull individwu jew ghaqda li tidhol hawn gew u tesprimi l-opinjoni tahha.  Pero, ma jfissirx li ghax ma naqblux, ghanda nohonqu l-vuci ta dak li jkun.  Ghanda minflokk inresqu argumenti u fatti ghad-diskussjoni. 
Mill banda l-ohra, kull membru, hu minn hu, ghandu d-dritt li jistaqsi, jiddiskuti, u iva, jofri argumentazjoni u alternativi biex id-delizju taghna jimxi l-quddiem.  Ejja niddiskutu u nargumentaw hawn, halli wara, meta niffacjaw l-awtoritajiet, ikunu vuci wahda soda.  Jien bir-rispett kollu lejn kullhadd, nibqa nsostni li l-aqwa vuci li tezzisti ghal interess tas-sajjieda dillettanti Maltin kollha hija dan il-forum. Dan x'nghid jien.  Haddiehor jaf jara tieghu l-aqwa!
Beneteau Antares 9.80 - Powered by twin Volvo Penta D4 225HP
     _\____
       /___ \
___ /_____\_______
|_______________/

caldaland

Joe,iltaqa ma debono u tkellem mieghu,ma tiddejjaqx, u jkun jista jfissirlek l-iskopijiet tieghu.Biex ahna nikkumbattu il-hnizrijiet li qed isiru bhalissa, ghandna bzonn kull ghajnuna,tigi min fejn tigi.Li skop fundamentali tieghu huwa li s-sajd ikun sostenibbli.Forsi dan mhux li-skop taghna wkoll?l-ahhar haga.Thaliiex lil min jipprova jingannak,billi jippoza ta dilettant u ma jkun dilettant xejn.fil-fatt hadt pjacir hafna li int ma waqajtx fin-nasba!

fisheye

Jiena nahseb li kul min jixtieq il-gid ta dan id-delizzju ghandu jahdem id f'id mal-Federation tad-dilettanti u il-forum li sa fejn naf jien ghandu relazjoni tajba mal-Federation, wara kollox din imwaqfa u immexxijja min dilletanti tas-sajd bhalna. Probbabli dak li il-lum qed insejhulu hnizrijiet u forsi hekk hu , bhal dan iz-zmien sena inkunu qed nigustifikawh ghax ic-cirkustanti fil-pajjiz ikunu differenti. Ghal min jiftakar fis-70's l-istorja tal-kaccaturi hekk bdiet b'nies jitkellmu fuq kacca sostenibbli li ma kienux jifmhu fil-H##a, il-lum..... kulhadd jafha  l-istorja.  
Buccaneer 147 powered by Yamaha 85

caldaland

bhal daz-zmien sena ma jkunx baqa certu hut li llum insibuh bl-abbundanza siehbi.li ma nistax nifhem hu kif qed thallat il-kacca mas-sajd.zewg delizzji totalment differenti,zmenijiet differenti u nies differenti.bil-forum u bil-federation biss xorta ma wasalniex.jenhtieg kull ghajnuna li tasal.umbghad jekk wara naraw li giet hazina malajr naqilbu l-pass.biss ma nghaglux biex niggudikaw.nistennew il-fatti.

caldaland

l-istess nies li kissru l-kacca huma l-istess nies li qed jipprovaw ikissru lid-dilettanti tas-sajd.b-qawwa akbar anzi ghax issa hemm interessi finanzjarji persunali.dak li qed jipprova jsir huwa impediment ta dan.jekk ma nippruvawx nitkissru!

fisheye

#23
Naqbel mieghek caldaland, fit-tieni post wrejt is-similarita bejn iz-zewg delizzji u sewwa osservajt. Li qieghed nissugerixxi hu li kull inizjattiva ghanda tkun taht kappa wahda u mhux naqbdu hafna truf u naqsmu in-nies. Hemm lobbying kbir ghaddej min naha ta diving schools/clubs, lukandiera ecc bl-iskuza tat-turizmu biex jonqos drastikament is-sajd mal-kosta u jinholqu riservi maritimi ma kullimkien. F'l-istess hin dawn jipromovu u jiehdu it-turisti jghumu fil-gageg tat-ton bhala attrazzjoni u addio l-over fishing tat-Ton u tal-hut biex jaghlfuh bih ghal iktar min 6 xhur. Dan hu ezempju wiehed u bhalu hemm bosta.  
Buccaneer 147 powered by Yamaha 85

caldaland

dak kollu li qed tighd fisheye huwa kollu minnu.Biss dan ir-ragel mhux qed jaghmel xi club fejn jiehu il-membri ta hadd iehor.Dan qed jipprova jifhem ghaliex qed jonqos il-hut mil-bahar taghna.Wara,dan jaghmel pressure fuq dawk li qed jaghmlu din il-hsara.Huwa fl-obligu taghna li nikxfu il-verita u infemuh li mhux ahna id-dilettanti il-htija.Xi dilettanti min dan il-forum u anka mhumiex iltqajna mieghu u tkellimna,u hu sema u saqsa bosta mistoqsijiet.Issa jaf li 'l-qerda mhux id-dilettant qieghed jaghmila,biss jenhtieg inkommplu nfehmuh.Ejjew intuh chance,wara kollox,jekk CERTU sajd kummercjali jibqa ghaddej ahna ha nitilfu id-delizzju taghna,allura ma ghandniex x-nitilfu.

debono4761

Ma kellix cans naqra dawn il-kummenti qabel. Naqbel ma' hafna li qed tghidu - u grazzi caldaland tal-kummenti tieghek.

Pauline, biex niklarifka, ahna maghndna l-ebda "dritt" fuq id-delletanti. Mahnix xi tip ta' awtorita. Bhala strutura l-kampanja hija joint-venture bejn 5 ghaqdiet (Din l-art helwa, Nature Trust, Sharklab, Greenhouse u Getupstandup). Bhala ghaqdiet ghandna reputazzjoni pjutost tajjeb, sa fejn naf jien. Bhala kampjana l-ghann tghana huwa li neddukaw in-nies dwar il-problemi abjentali assocjati mas-sajd u kif jistghu jazlu hut maqbud b'mod sostennibli. Barra minn-Malta hemm kampanji similari bhal fish2fork l-UK (http://www.fish2fork.com/), MBA seafood watch l-Amerika (http://www.montereybayaquarium.org/cr/seafoodwatch.Aspx), u Mr Goodfish, li-jezisti f'diversi pajjizi (http://www.mrgoodfish.com/en/index.html).

In-nies li qed jahdmu fuq dan il-progett mhumiex esperti u hafna minnha lanqas nistadu, imma ghandna motivazjoni biex nghamlu differenza ghal gid l-ambjent u is-sajjied. Ghalhekk sirt membru f'dan il-forum, biex nkun nistgha nitghallem mill-membri (filfatt diga tghallimt hafna min ghandkom). Ahna, carament, nixtiequ naraw tibdilliet ghal-gid is-sajjied tradizjonali u d-diletanti.

Grazzi tal-kummenti tghakhom, u jekk tixtiequ li-niltaqaw biex nitkellmu personalment kemm tibghatlu PM.

Ghall-informazzjoni tghakom suppost se niehdu semm fil-Festa tal-Lampuki, San Giljan, u se jkollna exhibition tar-ritratti waqt Notte Bianca (ghal min ghandu Facebook https://www.facebook.com/events/218969248232104/).

Tkun tajjeb kieku minn hu interressat jigi jzurna :)

Granitu

minn naha tieghek, jehtieg li tiftiehem naqa ma xi hadd ha tmur tistad u tara is sajda tad dilettant.  ;). Forsi min jaf, inwebbluk ukoll.

L awtoritajiet irirdu jifmhu li l hut li jigi mid dilettant u s sajjied tradizzjonali (li juza apparat ta sajd mhux distruttiv) huwa maqbud b mod sostenibbli hafna u jiggenera iktar flus minn dak tat trawlers. (multiplier effect)

Jin ghadni sal lum ma nifimx kif dilettant ma jistax jistad u jaqbad tonna u l haddiema tal fish farms hlief jistadu bil brazzol quddiem l patrol boat ma jaghmlux....

Good season so far.....

yogi

granitu il liegi mux al kulhad !

Pauline Tuna

Granitu..stajt tibenefika min quota ghal qbid tat tonn, allokata lilna deltanti MFC ta 1500 kg li kienet mifruxa fost hafna deletanti...kellek cans tapplika...lahwa noqodu attenti kif nparlaw awn gew !!...ax nwaqaw il gebla fuq saqajna.....
@ Debono....jien naqbel mal fatt li intom tridu tipromovu affarijiet sbieh ghad deletant..pero nsaqsi....jekk intom minthomx ntizi fdan is settur u ghad tridu titghalmu...ghal issa ma jaqbilx tghamlu posts biex tqajmu kontroversji...il punt tieghi huwa li bizzejed ghanna min itambrilna fuq rasna minhabba affairijiet li jikoncernaw lilna...il ligijiet ghalina diletanti jinfuenzawna hafna...nzidu ukoll li il fuel ghad dajjes tghana huwa ferm gholi u dejjem jghola...voldieri kull haga ta kuntrarju narawa kerha fuqna diltentanti....nghidlek biss illi il fisheries jikontrollaw dan is settur sewwa wisq, u mhux lilna diletanti biss pero onka fuq skala proffesjonali fejn naf bic cert li l-moniteracc taghhom u l-implementazzjoni tal ligi hija mharsa sewwa u hemm min wehel multi kbar u fil kas ta kumoaniji ta tonn tharbu ukoll tonn li jkun hajj u li l-kwoti taghom gej maqbuza...dan sar taht control ta IICAT u taht kontroll ta ufficjali governattivi.
@ il kelma 'SOSTENIBLI' li intom tirepetu u sostnu hafna fuqha..nibza li mux qed tkunu cari bizzejed fuqha...nibza li min karta ghal realta u ghal pratika kif nghamlu ahna diltenati tfisser hafna...tfisser bópinjoni diversa...li lquddiem jitresqu emendi, jew proposti li jista jkun hadd ma jiehu gost bijhom......
Debono....jien dilettant u sajd huwa hajti....pero nghidlek biss li ghaqdiet ghawn hafna, kwazi kull pajjis ghandu ghaqda tas sajd u onka tnejn....ghanna ukoll il fisheries tharisna u tghamel moniteracc.....voldieri ahsbu seww fuq dak li qed tistudjaw fuqu ax id diletant ghandu l pis ukoll u ahna nghamlu min kollox biex nharsu is sostenibilta tghana diletant...ghalkhem dan kollu hemm min jarah !!

The_Gaffer

Hawnhekk ikolli naqbel ma Pauline Tuna.  Il-fatt li Fish4Tomorrow hija maghmiula minn niex, li kif starr tajjeb hawn is-Sur Debono, ma jifhmux fis-sajd, jista jaghmel aktar deni milli gid.  Il-fatt li hemm diversi ghaqdiet involuti, ukoll jaghti lokk ghal diversi interpretazjonijiet ta kif wiehed ihares lejn sajd sostenibli. 
Pero huwa minnu ukoll dak li qal Granitu, tara hafna nies, fil-fishfarms, jistadu u jaqbdu it-tonn.  Ma nafx jekk humiex impjegati jew le, imma ikunu gewwa dawn, wara l-perimitru tal-hbula, mela jew impjegati, jew bil-barka tal-impjegati qed jistadu hemm gew. 
Nerga lura ghal argument ta sajd sostenibli. Ejja ma nkunux cwiec l-ahwa.  Is-sajd bix-xibka, u is-sajd bit-tkarkir, qered l-ibhra taghna minn kull forma ta hut.  Tiftakru meta kont tista tmur fuq is-sikka l-bajda jew Hurd's bank u taqbad il-pagell ul-pagri, capullaz, u dawk is-serran tan-nofs kilo.  Tiftakru hux, imma daqshekk biss baqa, memorji.  Koillox inqerred.   Jien niftakar ta guvni nohrog mix-Xaghjra ta Haz-Zabbar nistad ghal qieh.  Naqbad gharajjes tal-kuruna, brieqex, sparli tal-porzjon...nini nini issa taqbadhom dawn.  Kollox spicca, kollox injqerred.  pariti, bombi, tkarkir, qered kollox.
Beneteau Antares 9.80 - Powered by twin Volvo Penta D4 225HP
     _\____
       /___ \
___ /_____\_______
|_______________/