sajd ghas-sargi

Started by ronaldosajdbis, August 13, 2014, 10:30:02 CET

Previous topic - Next topic

0 Members and 1 Guest are viewing this topic.

ronaldosajdbis

Xtaqt nibda nistad ghas-sargi b'tar-reel meta jkun bahar imqalleb daqsxejn sew, anki matul il-jum, kemm bir-running float kif ukoll bir-running ledger. Nismaghkom tghidu li xlief terminal tuzaw 0.16 u anki 0.14. Dan anki f'dawk il-kundizzjonijiet ta' bahar? Xlief ehxen mhux ahjar? U minn informazzjoni li ghandi (gbartha minn fuq l-Internet) ikollok bzonn qasba tar-reel twila anki sa 7 metri. U xi trid tkun: light, middle jew hard action. X'jigifieri qasba Bolognese? S'issa dejjem stadejt b'qasba telescopic, imma dan forsi mhux dejjem ikun prattiku. Probabbli wkoll b'dan l-armar anki ghax-xilep tkun armat sew.  Any info, please?

Ruzett

Meta mmur ghas-sargi nhobb inzomm l-armar semplici kemm jista jkun ghax is-sargu hija huta makakka bhal kahli. Jienu nuza qasba tal-idejn minghajr reel jigifieri, xlief kif semmejt int b'comba zghira fit-tarf nett u sunnara naqra l fuq minnha. Ma jkollix bzonn reel ghax fejn immur jien jidhol kwazi mal-blat is-sargi meta jkun naqra imqalleb. Ix-xilpa tista tmissek ukoll fuq dan l-armar ghax tghix fl-istess fond tas-sargi.

ronaldosajdbis

Grazzi, Ruzett. Naqbel mieghek li l-mod kif semmejt int huwa tajjeb hafna. Li ghandek vantagg b'tar-reel huwa (1) in-nuqqas ta' tul u forsi toqol tal-qasba, kif ukoll ma jkollokx hafna l-qasba mikxufa fuq il-bahar, ghalkemm verament il-bahar ikun imdardar. Dan l-ahhar rajt hafna dwar kif jistadu ghalih barra minn Malta, fejn jidher produttiv ferm, ghalkemm dejjem trid tiehu in konsiderazzjoni l-ekologija differenti u sinjura li ghandhom, fosthom Spanja, l-Italja u l-Grecja. Apparti dan, taqbel li xlief, jigifieri t-terminal 0.16 jiflah bizzejjed, jew jiflah ikun ehxen, specjalment matul il-jum. Normalment jien nuza minn 0.18 sa 0.20 u wkoll gieli jaqtaghli u m'ghandix xi qasba iebsa hafna.

jighunter

meta mmurr mil art jien bhall ruzett kwazi naghmel , qazba tas 7 metri u xlief ( fluorocarbon) .22 min fuq s isfel , u sunnara 4-6 , xejn aktar , lanqas comb .. umbad jekk ikun hemm xi naqa rih jew kurrent zejjed inzidlu xi comba irqieqa ..

imma int ghidt li xtaqt tistad ghalih fic caqlieq ( beach casting , surfcasting? ) hemm jintuzaw comb u setup tqil u frijaj twal li jithallew jigarru mil kurrent.. dejjem xtaqt nibda nipratikah , pero malta naqra limitati mil postijiet fejn tista taghmlu ..

Ruzett

Meta jkun imqalleb tkun tista thaxxen naqra izjed x-xlief ghax il-vizibilita fl-ilma tkun batuta. Li jkollok parti kbira mill-qasba fuq il-bahar toqghodx tinkwieta ghax mill-fond b'bahar imqalleb ma tkunx tidher daqshekk.

antcam

#5
huwa possibli li taqbad is sargi matul il gurnata ghaliex gili ikun hemm sargi u anke xilep jitla ghal ghalf u ikun hemm minnhom jaqbzu il kg, izda qatt ma imiss u ijad armat bi xlief .18 fluorocarbon.

ronaldosajdbis

Ma nafx kif hafna mis-suggerimenti li rajt (waqt it-tiftix li ghamilt fuq l-Internet) jghidu biex tuza xlief 0.16 u anki inqas meta kulhadd jaf is-sahha li ghandu s-sargu u, jekk nigu dan, ix-xilep. Nahseb joqoghdu hafna fuq il-qasba (forsi ratba?!) li juzaw. Kif qed nghidu hawnhekk, meta jkollok bahar imdardar u mqalleb, taffordja thaxxen ftit ix-xlief. Jiddispjacik ghall-mewt twahhal wiehed sabih, jaghtik zewg gibdiet tajba u jaqtaghlek. Darba hekk grali, u billi jien (ic-cuc!!) iffissat fuq il-hxuna tax-xlief, tlift xi erba' wara xulxin. Dejjem qed nitkellmu ghal sajd matul il-jum ghax bil-lejl ikun mod iehor. Bil-lejl bit-0.22 qbadt l-imdaqqsin sew. Imma anki biex nerga' naqbad fuq tar-reel, hawn postijiet li l-fond taghhom jaqbzu s-7 metri u mejjet biex nippruvahom halli nara xi nsib hemm taht, dejjem naturalment f'bahar imcaqlaq.

Zabrott

Jien lahjar li naghra biex tistad ghall sargu meta jaghmel xi naqra grigall.bhala qasab jien dejjem bil qasab ta lidejn nistadu l importanti li ikollok naqra gobon tajjeb .snanar 4 u harira mux inqas min 22 u comb min dak it tawwali jek ikun hemm xi wiehed immisek .gili 24 armajt ukoll meta jiholl iz zmien najdu ahna min novembru lhemm u jek tara li mem xejn imxilu ghax tahli il hin tkun qed

Granitu

Quote from: ronaldosajdbis on August 19, 2014, 07:47:53 CET
Ma nafx kif hafna mis-suggerimenti li rajt (waqt it-tiftix li ghamilt fuq l-Internet) jghidu biex tuza xlief 0.16 u anki inqas meta kulhadd jaf is-sahha li ghandu s-sargu u, jekk nigu dan, ix-xilep. Nahseb joqoghdu hafna fuq il-qasba (forsi ratba?!) li juzaw. Kif qed nghidu hawnhekk, meta jkollok bahar imdardar u mqalleb, taffordja thaxxen ftit ix-xlief. Jiddispjacik ghall-mewt twahhal wiehed sabih, jaghtik zewg gibdiet tajba u jaqtaghlek. Darba hekk grali, u billi jien (ic-cuc!!) iffissat fuq il-hxuna tax-xlief, tlift xi erba' wara xulxin. Dejjem qed nitkellmu ghal sajd matul il-jum ghax bil-lejl ikun mod iehor. Bil-lejl bit-0.22 qbadt l-imdaqqsin sew. Imma anki biex nerga' naqbad fuq tar-reel, hawn postijiet li l-fond taghhom jaqbzu s-7 metri u mejjet biex nippruvahom halli nara xi nsib hemm taht, dejjem naturalment f'bahar imcaqlaq.

Is sargi gili gibtu bl .10 meta nkun ghal mulett habib u jmiss xi wihed. L importanti li jkollok qasba fina immens tipo xi alcedo (skuzawni tad ditta) li mux ratba biss imma fina ukoll. Dan sajd fin hafna u ta hila importanti, ghax li ggib sargu ta kilo fuq .10 trid tkun armat ezatt u ma l inqas zball ifallilek. Dejjem goc car dan hbib u f bahar zejt. u titlef l hut xorta.

S sargi jmiss irqaq minn vopa f dal kundizzjonijiet hu jkun suspettuz hafna.
Good season so far.....

antcam

jien btar reel nistad mux bta lidejn ax jaf fimtuni hazin, d drag tahsbu li nuzah ax nahseb jidhol fxi hofra u jaqta alek ma nuzahx meta nistad fil qiegh, tahsbu li nuzah u jekk iva alkemm toqol namlu? tks

antcam

ok tks issa niprova narah forsi nitfa xi ritrat ta sargu

ronaldosajdbis

Antcam, kif qal aktar qabel Granitu hu importantissimu li tkun taf thaddem ir-reel. Mhux cajta ttella' sargu fuq .10 u dak isir biss bl-ghajnuna tad-drag ukoll barra l-esperjenza naturali li takkwista biz-zmien. Personalment, ghalkemm naqbel 100 fil-mija ma' Granitu, lanqas biss nohlom li nuza dik l-irquqija ta' xlief. Sa .16 nasal imma aktar 'l isfel le. Nahseb il-fatt li se nistad f'bahar qawwi u ghalhekk imdardar jaghtini allowance ta' aktar hxuna fix-xlief, imma d-drag dejjem u hu obbligatorju li tuzah. Trid thossu go fik, dejjem terhilu jew tissikkah skond il-gibda li jkollok u ghalhekk tikkalkula l-kobor tal-huta maqbuda.

Hawnhekk xtaqt nistaqsi lil Granitu, jekk 'fina' kif semma hu, jfissirx bil-ferh artab hafna biex jikkompensa ghal xlief irqiq? Din trid tkun tip ta' dik li jghidulha qalba 'Bolognese' jew dak tip ta' sajd li jghidulu hekk?

Granitu

Quote from: ronaldosajdbis on August 21, 2014, 07:56:25 CET

Ekk Hu, tkun jew qasba bolognese jew ahjar trout rod - li hija rhas u ta inqas tul - ideali al dan t tip ta sajd.

Iktar facli turi milli tispjega pero habib :)
Good season so far.....